Birkirkara hija belt fiċ-ċentru ta' Malta. Hija l-aktar belt popolata fuq il-gżira, bit-24,356 abitant f'2020[1] Il-belt tikkonsisti f'ħames parroċċi awtonomi: Santa Elena, San Ġużepp Ħaddiem[2], il-Madonna tal-Karmnu[3], Santa Marija [4] u San Ġorġ Preca (Swatar)[5]. Il-Mottu tal-belt huwa "In hoc signo vinces" ("B'dan is-sinjal inti tirbaħ") għall-viżjoni tas-salib li kellu l-Imperatur Kostantinu bin Santa Elena, li wasslet għall-konverżjoni tiegħu għall-fidi Nisranija, u l-arma għandha salib aħmar sempliċi, b'kuruna fuqha.

Birkirkara
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaEastern Region (Lvant) (en) Translate
Ismijiet oriġinali Birkirkara
Kodiċi postali BKR
Ġeografija
Koordinati 35°54′N 14°28′E / 35.9°N 14.47°E / 35.9; 14.47Koordinati: 35°54′N 14°28′E / 35.9°N 14.47°E / 35.9; 14.47
Birkirkara is located in Malta
Birkirkara
Birkirkara
Birkirkara (Malta)
Superfiċjenti 2.70 kilometru kwadru
Għoli 40 m
Demografija
Popolazzjoni 24,356 abitanti (Jannar 2019)
localgovernment.gov.mt…

Etimoloġija

immodifika

Birkirkara tfisser “ilma kiesaħ” jew “ilma mexxej"[6] L-isem jirreferi ghal post ta' wied fil-belt.[7]

Oriġinarjament, l-isem kien miktub bħala Birchircara, b'influwenza mill-ortografija Taljana li tradizzjonalment ma tużax l-ittra “K”. Ta’ spiss jitqassar bħala B’kara/Kara.

Ġeografija

immodifika

Birkirkara tinsab f’wied. Minhabba din il-pozizzjoni, hija maghrufa għall-għargħar fi ġranet b’maltempati kbar billi l-ilma li jaqa fin-Naxxar, Ħ'Attard u Ħal-Balzan jispicca jghaddi minnha.[8] Ġew proposti diversi proġetti biex jghinu f'dan ir-rigward.[9]

Birkirkara ghandha klima Mediterranja Csa taħt il-klassifikazzjoni tal-Klima Koppen[10] Birkirkara tgawdi xtiewi ħfief bi ftit xita u sjuf sħan xotti. It-temperatura tal-belt tvarja minn 10 sa 31 °C (50.5 sa 87.3 °F) matul is-sena[11]

Birkirkara hija waħda mill-eqdem bliet f’Malta b’referenza rrekordjata fl-1402 fil-kitba ta' Luttrell, Anthony T, Cappella of Birkarkam [12] Hija ssemmiet fir-Rapport Ekkleżjastiku tal-1436 li jsemmi l-parroċċi f’Malta u Għawdex li kienu jeżistu dak iż-żmien, li minnhom Birkirkara ħareġ bħala l-akbar parroċċa[13]. Matul is-snin żviluppaw diversi parroċċi u subborgi minn Birkirkara, fosthom Sliema, San Ġiljan, Imsida, il-Ħamrun fis-seklu 19 u Santa Venera fil-bidu tas-seklu 20. Fis-snin aktar reċenti, San Ġwann (1965) u Tal-Ibraġ li hareg minn Birkirkara biex jifforma parti mill-lokalità tas-Swieqi fl-1993.

Tul is-snin Birkirkara kibret f’ċentru kummerċjali importanti kif ukoll f’żona residenzjali b’densità għolja ta’ popolazzjoni.

Il-Parroċċa ta' Birkirkara kienet ilha mill-1360 bil-kappella ta' Santa Elena fil-limiti tal-Għargħar. Fl-1436, l-Isqof Mons. Dusina rrikonoxxiha bħala waħda mill-għĦaxar Parroċċi ta' Malta. Fil-5 ta' Diċembru 1630, Papa Urbanu VIII waqqaf il-Kolleġjata Elenjana permezz ta' Bolla Papali bl-isem "Sacri Apostolatus Ministerio". Dan kien fi żmien il-Kappillan Dun Filippu Borgia (1567-1649).

Il-Knisja ta' Santa Elena

immodifika

Il-Knisja ta' Santa Elena nbniet f'post l-aktar ċentrali ta' Birkirkara u akbar fid-daqs minn ta' qabilha, u hi r-raba' knisja parrokkjali. Din bdiet tinbena fl-1727, l-Isqof Gaspare Gori Mancini qiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja. Taħt l-ewwel ġebla tqiegħdu midalja ta' Santa Elena kif ukoll l-ismijiet tal-Papa u l-Isqof ta' dak iż-żmien. Fl-20 ta' Ottubru 1782, l-Isqof Vincenzo Labini ikkonsagra l-Knisja taħt it-titlu tal-Imperatriċi Santa Elena. Fit-18 ta' Jannar 1950, Papa Piju XII għolla l-Knisja għall-unur ta' Bażilka Minuri bl-unuri kollha.

Knisja l-Qadima

immodifika

Il-knisja ta’ Santa Marija, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, tinsab il-barra miċ-ċentru storiku ta’ Birkirkara, fuq il-naħa l-oħra tal-wied. Inbniet għall-ħabta tal-1607 fuq pjanta ta' Vittorio Cassar, iben Ġlormu Cassar. Meta Vittorio Cassar miet, fl-1607, ix-xogħol fuq il-knisja tkompla minn Tommaso Dingli.

Fil-post fejn hemm il-knisja llum, qabel kien hemm knisja medjevali. Meta l-Kapitlu iddeċieda li jitlaq mill-knisja u jmur fil-Knisja ta’ Sant’ Elena riedu jwaqqgħu l-knisja l-qadima. Wara 120 sena il-knisja ingħalqet u ġiet abbandunata.

Dun Gejtanu Mannarino, magħruf għar-Rewwixta tal-Qassisin tal-1775, indifen f’din il-knisja. Matul il-Pesta l-Kbira tal-1813, f'din il-knisja ndifnu l-mejtin.

Sa madwar l-1850 il-koppla tal-Knisja kienet għadha f’postha, imma partijiet mis-saqaf kienu ga waqgħu sa mill-1830.

Fl-1969, beda xogħol kbir fuq din l-knisja biex tkun tista' terġa' tibda tintuża wara ħafna snin ta’ abbandun totali.

Fl-1992, l-Arcisqof Ġużeppi Mercieca kien ħass il-bżonn pastorali li din iż-żona ta’ Birkirkara tkun awtonoma, jiġifieri indipendenti mill-parroċċa ta’ Sant’ Elena. Nhar it-8 ta’ Mejju 2005, iż-żona pastorali awtonoma ta’ Santa Marija reġgħet saret Parroċċa għaliha.

Arkitettura u Postijiet Importanti

immodifika

Birkirkara jospita ħafna postijiet importanti:

  • l-Istazzjon l-Antik tal-Ferrovija li llum jinsab fi ġnien pubbliku. Il-ferrovija ta’ Malta li kienet tintuza bħala mezz ta’ trasport importanti kienet tieqaf hawn. Il-Ferroviji ngħalqu fl-1931.

Monumenti

immodifika

Kunsill Lokali ta' Birkirkara

immodifika

Il-Kunsill ta' Birkirkara jinsab fit-tieni sular tac-Centru Civiku f' Birkirkara. Il-membri tal-Kunsill presenti huma dawn [15]:


Desirei Grech (Sindku)

Maurizio Gauci (Viċi Sindku)

Yana Borg Debono Grech

Kaylocke Buhagiar

Alfred Attard

Jade England

Rosette Cassar

Luke Vella

Antoine Attard

Stefano Sicari

Karl Cutajar

Marie Claire Zammit Bonello

Gilmour Borg

Żoni f'Birkirkara

immodifika

F'Birkirkara is- St. Joseph Sports Club [16] huwa magħruf l-aktar għas-sezzjoni tal-Atletika tiegħu, iżda għandu wkoll sezzjonijiet attivi ohra bħaċ-ċikliżmu[17], it-triathlon[18], l-għawm[19], u t-team tal-futbol li jikkompeti fil-Kompetizzjoni tal-IASC ( Inter Amateur Soccer Competition - Malta)[20]

Birkirkara F.C.[21] rebaħ il-Premier League Malti erba’ darbiet [22] u pparteċipat fl-EUFA Europa League fl-2015-16.[23]

Mwielda fil-Lokalita'

immodifika

Koordinati: 35°53′48″N 14°27′35″E / 35.89667°N 14.45972°E / 35.89667; 14.45972

Żewġ personalitajiet prominenti mill-lokal huma Eddie Fenech Adami u Alfred Sant, li servew bħala Prim Ministri ta’ Malta għal numru ta’ snin. Birkirkara huwa wkoll il-post fejn twieled l-ewwel President ta’ Malta Anthony Mamo

Ġemellaġġi

immodifika

Birkirkara għandha ġemellaġġi ma'

Referenzi

immodifika
  1. ^ https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Government%20Gazette/Documents/2019/09/Government%20Gazette%20-%203rd%20September.pdf
  2. ^ "Birkirkara (St Joseph the Worker)" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-10-29. Miġbur 2020-08-01. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ "Our Lady of Mount Carmel on The Catholic Directory" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |opra= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ "St. Mary on The Catholic Directory" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |opra= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  5. ^ "San Gorg Preca - Parish Church - Swatar, Malta". Parametru mhux magħruf |opra= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  6. ^ https://books.google.com.mt/books?id=krRTAAAAcAAJ&pg=PA90&redir_esc=y#v=onepage&q&f=false
  7. ^ https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/53136/1/ISIMHA%20...%20NIESHA%20...%20GRAJJIETHA.pdf
  8. ^ http://www.malta.com/en/about-malta/city-village/birkirkara
  9. ^ https://www.independent.com.mt/articles/2005-06-25/news/possible-solution-for-birkirkara-flooding-problems-in-the-pipeline-77188/
  10. ^ https://www.britannica.com/science/Koppen-climate-classification
  11. ^ https://weatherspark.com/y/76321/Average-Weather-in-Birkirkara-Malta-Year-Round
  12. ^ https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/38417
  13. ^ "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2020-07-25. Miġbur 2020-08-01.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  14. ^ https://timesofmalta.com/articles/view/one-world-protecting-the-most-significant-buildings-monuments-and.263999
  15. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-11-24. Miġbur 2020-08-16.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  16. ^ https://bkarastjoseph.com/
  17. ^ https://bkarastjoseph.com/index.php?id=11
  18. ^ https://bkarastjoseph.com/index.php?id=13
  19. ^ https://bkarastjoseph.com/index.php?id=14
  20. ^ http://www.iascmalta.com/
  21. ^ https://www.birkirkarafc.com/
  22. ^ https://www.birkirkarafc.com/TheClubHistory.php
  23. ^ https://www.independent.com.mt/articles/2016-07-22/football/Europa-League-Birkirkara-make-history-after-splendid-win-in-Scotland-6736161355
  24. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-08-05. Miġbur 2020-08-16.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  25. ^ https://timesofmalta.com/articles/view/local-council-twinnings.124695
  26. ^ https://www.wikidata.org/wiki/Q53894

Ħoloq esterni

immodifika