Aqbeż għall-kontentut

Liebru tal-muntanji

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn TXiKiBoT (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 15:45, 1 Mejju 2010. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
Mudell:Isem taxbox
Klassifikazzjoni xjentifika


Il-Liebru tal-muntanji magħruf xjentifikament bħala Lepus timidus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu) fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) li jinsab mifrux fit-Tramuntana tal-kontinenti ta' l-Ewropa u l-Asja b' popolazzjonijiet iżolati .

L-isem Liebru tal-muntanji ġej mit-tip ta' abitat li jippreferi dan il-liebru, fejn il-biċċa l-kbira tal-popolazzjonijiet jinsabu mifruxa mal-muntanji Ewropej u Asjatiċi. Il-Liebru tal-muntanji (Lepus timidus) żmien ilu kien ikkunsidrat bħala speċi mifruxa f' 3 kontinenti maċ-ċirku polari Artiku kollu iżda llum il-ġurnata l-popolazzjonijiet fit-tramuntana tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq hija ikkunsidrata bħala speċi għalija il-Liebru tal-Artiku (Lepus arcticus).

F' sitwazzjoni simili ukoll qegħda is-sottospeċi Irlandiża (Lepus timidus hibernicus), fejn ħafna xjentisti qegħdin jikkunsidrawa bħala speċi oħra separata.

Klassifikazzjoni

Dan il-liebru huwa 1 minn 3 speċi li qegħdin kklassifikati fis-sottoġeneru Lepus u l-ispeċi maqsuma f' minn ta' linqas 15-il sottospeċi.

Referenzi