Aqbeż għall-kontentut

Liebru tal-muntanji

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Iketsi (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 01:27, 5 Awwissu 2021. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
Liebru tal-muntanji
Liebru tal-muntanji
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. timidus
Isem binominali
Lepus timidus
Linnaeus, 1758
Mappa tal-firxa tal-liebru tal-muntanji (aħdar - nattiv, aħmar - introdott)

Il-Liebru tal-muntanji (Lepus timidus) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha li jinsab mifrux fit-Tramuntana tal-kontinenti tal-Ewropa u l-Asja b'popolazzjonijiet iżolati.

L-isem 'liebru tal-muntanji' ġej mit-tip ta' abitat li jippreferi dan il-liebru, fejn il-biċċa l-kbira tal-popolazzjonijiet jinsabu mifruxa mal-muntanji Ewropej u Ażjatiċi. Il-liebru tal-muntanji żmien ilu kien ikkunsidrat bħala speċi mifruxa fi tliet kontinenti maċ-ċirku polari Artiku kollu iżda llum il-ġurnata, il-popolazzjonijiet fit-Tramuntana tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq hija kkunsidrata bħala speċi għaliha l-Liebru tal-Artiku (Lepus arcticus).

F'sitwazzjoni simili wkoll qiegħda s-sottospeċi Irlandiża Lepus timidus hibernicus, fejn ħafna xjentisti qegħdin jikkunsidrawha bħala speċi oħra separata.

Klassifikazzjoni

Referenzi

Ħoloq esterni