Grazia Deledda
Grazia Deledda | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Maria Grazia Cosima Deledda |
Twelid | Nuoro, 27 Settembru 1871 |
Nazzjonalità | Renju tal-Italja |
Residenza | Ruma |
Mewt | Ruma, 15 Awwissu 1936 |
Post tad-dfin | Campo Verano |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (kanċer tas-sider) |
Familja | |
Konjuga/i | Palmiro Madesani (en) |
Edukazzjoni | |
Alma mater | tagħlim id-dar |
Lingwi |
Sard Taljan Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb poeta rumanzier drammaturgu prożatur novellist |
Xogħlijiet importanti |
Canne al vento Elias Portolu La madre Cenere Q63435956 |
Premjijiet |
List |
Nominat għal |
uri
|
Psewdonomu | Ilia di Saint-Ismael, Ilia di Sant'Ismaelu Aman della Rupe |
Moviment artistiku |
awtobijografija dramma |
Grazia Maria Cosima Damiana Deledda (pronunzja bit-Taljan: [ˈɡrattsja deˈlɛdda], bid-djalett ta' Sardenja: [deˈlɛɖːa]; twieled fis-27 ta' Settembru 1871 – miet fil-15 ta' Awwissu 1936), magħrufa wkoll bid-djalett ta' Sardenja bħala Gràssia jew Gràtzia Deledda,[1][2] kienet kittieba Taljana li ngħatat il-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1926[3] "għall-kitbiet ispirati idealistikament li bi xbihat ċari jixħtu dawl fuq il-ħajja fil-ġżira nattiva tagħha [jiġifieri Sardenja] u bi profondità u b'simpatija jindirizzaw il-problemi tal-bnedmin inġenerali".[4] Hija kienet l-ewwel mara Taljana li ngħatat dan il-premju, u t-tieni mara biss inġenerali wara Selma Lagerlöf kienet ingħatat tagħha fl-1909.[4]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Deledda twieldet fi Nuoro, Sardenja, l-Italja f'familja ta' klassi medja. Il-ġenituri tagħha kienu Giovanni Antonio Deledda u Francesca Cambosu, u kienet ir-raba' minn seba' aħwa. Hija attendiet l-iskola primarja (il-livell minimu meħtieġ dak iż-żmien) u mbagħad ingħatat iktar edukazzjoni minn għalliem privat (mistieden ta' wieħed mill-qrabat tagħha) u kompliet tistudja l-letteratura waħedha. Kien matul dan iż-żmien li bdiet turi interess fil-kitba ta' rumanzi qosra, ispirati l-iktar mill-ħajja ta' raħħala minn Sardenja u d-diffikultajiet tagħhom. L-għalliem tagħha ħeġġiġha tibgħat il-kitba tagħha lil gazzetta, u tal-età ta' 13-il sena l-ewwel storja tagħha ġiet ippubblikata f'ġurnal lokali.[4] Uħud mix-xogħlijiet bikrin ta' Deledda ġew ippubblikati fir-rivista tal-moda L'ultima moda bejn l-1888 u l-1889. Fl- 1890, Trevisani ppubblika Nell'azzurro (Fl-ikħal), l-ewwel ġabra ta' stejjer qosra tagħha. L-enfasi prinċipali ta' Deledda kienet ir-rappreżentazzjoni tal-faqar u d-diffikultajiet assoċjati miegħu permezz ta' kombinament ta' elementi immaġinarji u awtobijografiċi. Il-familja tagħha ma tantx kienet tappoġġaha wisq fix-xewqa tagħha li tikteb.
L-ewwel rumanz ta' Deledda, Fiori di Sardegna (Fjuri ta' Sardenja) ġie ppubblikat fl-1892. Il-ktieb tagħha tal-1896 Paesaggi sardi (Pajsaġġi ta' Sardenja), ippubblikat minn Speirani, huwa kkaratterizzat minn proża infumata kemm bil-fizzjoni kif ukoll bil-poeżija. Għall-ħabta ta' dan iż-żmien Deledda bdiet kollaborazzjoni regolari mal-gazzetti u mar-rivisti, b'mod partikolari La Sardegna, Piccola Rivista u Nuova Antologia. Ix-xogħol tagħha kiseb viżibbiltà sinifikanti kif ukoll interess kritiku. F'Ottubru 1899, Deledda ltaqgħet ma' Palmiro Madesani, uffiċjal tal-Ministeru għall-Finanzi f'Cagliari.[5] Madesani u Deledda żżewġu fl-1900 u l-koppja marret tgħix f'Ruma eżatt wara l-pubblikazzjoni tagħha ta' Il vecchio della montagna (Ix-Xiħ mill-Muntanja). Minkejja t-twelid taż-żewġt itfal subien tagħha, Sardus fl-1901 u Francesco "Franz" fl-1904, Deledda rnexxielha tkompli tikteb b'mod prolifiku u tippubblika qisu rumanz fis-sena.[6]
Tribut
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-10 ta' Diċembru 2017 Google ċċelebraha b'Google Doodle.
Lista kompluta tax-xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Din ta' hawn taħt hija lista kompluta tax-xogħlijiet kollha ta' Deledda:
- Stella d'Oriente (1890)
- Nell'azzuro (1890)
- Fior di Sardegna (1891)
- Racconti sardi (1894)
- Tradizioni popolari di Nuoro in Sardegna (1894)
- La via del male (1896)
- Anime oneste (1895)
- Paesaggi sardi (1897)
- La tentazioni (1899)
- Il tesoro (1897)
- L'ospite (1897)
- La giustizia (1899)
- Nostra Signora del buon consiglio: leggenda sarda (1899)
- Le disgrazie che può causare il denaro (1899)
- Il Vecchio della montagna (1900)
- Dopo il divorzio (1902)
- La regina delle tenebre (1902)
- Elias Portolu (1900)
- Cenere (1904)
- Odio Vince (1904)
- Nostalgie (1905)
- L'ombra del passato (1907)
- Amori moderni (1907)
- L'edera (1908)
- Il nonno (1908)
- Il nostro padrone (1910)
- Sino al confine (1910)
- I giuochi della vita (1911)
- Nel deserto (1911)
- L'edera: dramma in tre atti (1912)
- Colombi e sparvieri (1912)
- Chiaroscuro (1912)
- Canne al vento (1913)
- Le colpe altrui (1914)
- Marianna Sirca (1915)
- Il fanciullo nascosto (1915)
- L'incendio nell'oliveto (1918)
- Il ritorno del figlio (1919)
- Naufraghi in porto (1920)
- La madre (1920)
- Il segreto dell'uomo solitario (1921)
- Cattive compagnie: novelle (1921)
- La grazia (1921)
- Il Dio dei viventi (1922)
- Silvio Pellico (1923)
- Il flauto nel bosco (1923)
- La danza della collana; A sinistra (1924)
- La fuga in Egitto (1925)
- Il sigillo d'amore (1926)
- Annalena Bilsini (1927)
- Il vecchio e i fanciulli (1928)
- Il dono di natale (1930)
- La casa del poeta (1930)
- Eugenia Grandet, Onorato di Balzac (1930)
- Il libro della terza classe elementare: letture, religione, storia, geografia, aritmetica (1931)
- Giaffa: racconti per ragazzi (1931)
- Il paese del vento (1931)
- Sole d'estate (1933)
- L'argine (1934)
- La chiesa della solitudine (1936)
- Cosima (1937); pubblikazzjoni wara mewtha
- Il cedro del Libano (1939); pubblikazzjoni wara mewtha
- Grazia Deledda: premio Nobel per la letteratura 1926 (1966)
- Opere scelte (1968)
- Lettere inedite di Grazia Deledda ad Arturo Giordano direttore della rivista letteraria (2004)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Sardegna Cultura - Argumentos - Literadura - Postunitària". www.sardegnacultura.it. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-18. Miġbur 2021-08-16.
- ^ peppe.corongiu (2016-09-03). "Gràssia Deledda, unu Nobel sardu a s'Itàlia". Miġbur 2021-08-16.
- ^ "Grazia Deledda | Italian author". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-16.
- ^ a b ċ "The Nobel Prize in Literature 1926". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-16.
- ^ "Grazia Deledda". The Florentine (bl-Ingliż). 2010-03-24. Miġbur 2021-08-16.
- ^ Migiel, Marilyn. "Grazia Deledda." Italian Women Writers: A Bio-bibliographical Sourcebook. By Rinaldina Russell. Westport, CT: Greenwood, 1994. pp. 111-117.