Daniel Van Buyten
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Daniel Van Buyten | ||
Twelid | 7 ta' Frar 1978 Chimay, Belġju | ||
Tul | 1.96 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Mixtliet | |||
1986–1991 | JS Froidchapelle | ||
1991–1993 | Olympic Charleroi | ||
1993–1994 | UBS Auvelais | ||
1994–1997 | FC Somzée | ||
1997–1998 | Charleroi | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1998–1999 | Charleroi | ||
1999–2001 | Standard Liège | ||
2001–2004 | Marseille | ||
2004 | → Manchester City (self) | ||
2004–2006 | Hamburger SV | ||
2006–2014 | Bayern Munich | ||
2010–2011 | Bayern Munich II | ||
Tim nazzjonali | |||
2001–2014 | Belġju |
Daniel Van Buyten (twieled fis-7 ta' Frar 1978) huwa eks-futboler Belġjan li kien jilgħab bħala difensur ċentrali.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li beda l-karriera tiegħu ma' Charleroi ġewwa l-Belġju, aktar tard ingħaqad ma' Standard Liège fejn matul iż-żmien żviluppa bħala wieħed mill-aqwa difensuri fil-kampjonat nazzjonali. Fl-2001, waslet il-qabża l-kbira meta ingħaqad ma' Olympique Marseille ġewwa Franza għal somma ta' 12-il miljun ewro. Ma' dan il-klabb hu kopra l-irwol ta "difensur-attakkant", fejn barra d-daqqiet ta' ras tajbin li kellu, kien jipposjedi xuttijiet qawwijin. Għall-istaġun 2003–04 ġie msellef lill-klabb Ingliż ta' Manchester City, esperjenza li ratu biss jilgħab ħames logħbiet fil-kampjonat.
Fl-2004, hu ngħaqad ma' Hamburg fejn fiż-żewġ staġuni li qatta' mal-klabb irfina r-reputazzjoni tiegħu fil-Bundesliga. Din ir-reputazzjoni attirat lil Bayern Munich, li fl-2006 akkwistawh fejn iffirma kuntratt li kien se jżommu mal-klabb Bavarjan sal-istaġun 2009–10. Minkejja l-kompetizzjoni qawwija li kienet teżisti għal post regulari fl-iskwadra, Van Buyten żviluppa ma' Lúcio koppja difensiva affidabbli, li kienet il-preferuta tal-kowċ Ottmar Hitzfeld. L-ewwel gowl tiegħu wasal fid-9 ta' Diċembru, 2006, hekk kif il-gowl tiegħu issiġilla r-rebħa ta' 2–1 kontra Energie Cottbus. Madanakollu, l-ikbar kontribuzzjoni tiegħu fl-ewwel staġun tiegħu waslet fiċ-Champions League meta nhar it-3 ta' April, 2007, skorja darbtejn (wieħed minnhom fl-aħħar minuta) fl-ewwel leg tal-kwarti tal-finali barra minn darhom kontra Milan.
Fiż-żewġ staġuni li segwew hu sab postu iktar fuq il-bank tas-sostituti. Bit-tluq ta' Lúcio, għall-istaġun 2009–10 il-kowċ Louis van Gaal ta post regulari lil Van Buyten li beda jifforma koppja difensiva ma' Martin Demichelis. Dan l-istaġun kien immarkat bil-finali tal-UEFA Champions League, fejn hu lagħab il-logħba sħiħa minkejja li Bayern ħarġu telliefa.
Fi Frar tal-2010, Bayern Munich ħabbru li Van Buyten iffirma kuntratt ġdid li se jżommu mal-klabb sal-2012.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Van Buyten issejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Belġjan fl-2001 u kien fl-iskwadra magħżula għat-Tazza tad-Dinja 2002.
Ħajja privata
[immodifika | immodifika s-sors]Missieru, Franz, kien lottatur popolari Belġjan fl-Ewropa bejn l-1960 u l-1980. Ommu, Renate, hija ta' nazzjonalità Ġermaniża.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Hamburger SV
- Tazza Intertoto: 2005
- Bayern Munich
- Bundesliga: 2007–08, 2009–10, 2012–13, 2013–14
- DFB-Pokal: 2007–08, 2009–10, 2012–13, 2013–14
- DFB-Ligapokal: 2007
- DFL-Supercup: 2010, 2012
- UEFA Champions League: 2012-13
- Super Cup Ewropea: 2013
- Tazza tad-Dinja għall-Klabbs: 2013
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Daniel Van Buyten (Daniel Van Buyten) |
- Sit uffiċjali
- (DE) Daniel Van Buyten fuq fussballdaten.de