Galatasaray SK
Isem sħiħ | Galatasaray Spor Kulübü | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
Cimbom Aslan (Iljun) Sarı Kırmızılılar (Sofor-Ħomor) Avrupa Fatihi Gala (Użat aktar barra mit-Turkija) | |||
Fundazzjoni | 1 ta' Ottubru 1905[1] | |||
Grawnd | Türk Telekom Arena | |||
Proprjetarju | Galatasaray SK (en) | |||
President | Burak Elmas | |||
Kowċ | Domènec Torrent | |||
Kampjonat | Süper Lig | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Galatasaray Spor Kulübü, komunement magħruf bħala Galatasaray u fondat bħala Galata-Serai Football Club minn Ali Sami Yen fl-1905, huwa klabb tal-futbol professjonali bbażat f'İstanbul, it-Turkija. Il-Klabb huwa l-fergħa tal-assoċjazzjoni futbol ta' Galatasaray Sports Club, parti innifsu mill-Komunità tal-Galatasaray li tinkludi l-Università tal-Galatasaray u Galatasaray Lisé.
Galatasaray huwa l-aktar klabb tal-futbol suċċessiv fit-Turkija, li rebħu 44 trofej domestiċi inkluż ir-rekord ta' 18-il titlu tas-Süper Lig, rekord ta' 14-il Tazza Torka u rekord ta' 12-il Super Cup Torka. Dawn huma wieħed mit-tliet timijiet li pparteċipaw fil-55 staġun tas-Süper Lig mill-1959, wara x-xoljiment tal-Kampjonat ta' Istanbul. Internazzjonalment, Galatasaray wkoll rebħu l-UEFA Cup u l-UEFA Super Cup fl-2000, li saru l-ewwel tim Tork biex jirbaħ trofew Ewropew u l-ewwel tim fl-istorja li sar rebbieħ tal-UEFA Cup mingħajr l-ebda telfa. Domestikament, Galatasaray huwa l-unika klabb tal-futbol li rebaħ is-Süper Lig erba' darbiet infila (1997, 1998, 1999 u 2000). Fl-istaġun 1999-2000, il-klabb kiseb l-adt rari tal-kwadrupla billi rebħu s-Süper Lig, it-Tazza Torka, il-UEFA Cup u Tazza TSYD fi staġun wieħed. Huwa wkoll l-uniku klabb Tork li deher fl-ewwel post fil-Klassifiki Dinjija tal-IFFHS fl-2000.
Mill-2011, l-istadju tal-klabb huwa Türk Telekom Arena li jesa' 52,695 spettarur u jinsab ġewwa Seyrantepe, İstanbul li huwa għandhu rekord tal-aktar stadju tal-futbol li għandhu volum għoli fid-dinja, (131.76dBA)[2], huma mexxew minn Ali Sami Yen li kien l-istadju tal-klabb mill-1963.
Il-klabb għandu rivalità fit-tul ma' timijiet oħra kbar f'Istanbul, jiġifieri bħal Beşiktaş JK u Fenerbahçe SK, filwaqt id-derby ma Fenerbahçe (magħrufa bħala Kıtalar Arası Derbi jew "Derby Interkontinentali" bil-Malti) hija meqjusa bħala waħda mill-akbar fil-futbol dinji.
Galatasaray huwa l-aktar klabb li għandhu partitarji fit-Turkija[3] u huwa wieħed minn tliet klabbs li għandhom aktar minn 10 miljun segwaċi fuq is-siti soċjali tal-medja li huma Facebook u Twitter. Huma għandhom madwar 25 miljun partitarji, b'madwar 38% ġejjin minn barra t-Turkija. Galatasaray huma wkoll meqjusa bħala wieħed mill-aqwa ditti b'saħħithom globali fit-Turkija. [4]Il-klabb jikkompeti sew ma dawk il-klabbs sinjuri fid-dinja bi dħul annwali ta' €95.1 miljun.[5]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Galatasaray SK kienu fondati fil-waqgħa tal-1905, minn student ta' Skola tal-Galatasaray (skola għolja bbażata fl-1481) bħala klabb tal-futbol. L-ewwel president ta' Galatasaray kien Ali Sami Yen. L-ewwel logħba tagħhom kienet kontra Cadi-Keuy FC u huma rebħu din il-logħba 2-0.[6] Kien hemm ċertu diskussjonijiet dwar l-isem tal-klabb, fejn kien hemm xi suġġerimenti bħal Gloria (rebħa) u oħrajn Audace (kuraġġ), iżda ġie deċiż li l-isem tal-klabb ikun Galatasaray.[7]
L-isem Galatasaray innifsu ġej minn dak ta' Skola tal-Galatasaray, li min-naħa ħadu isimhom minn Galata Sarayı Enderûn-u Hümâyûn (Palazz Imperjali ta' Skola Galata), l-isem tal-iskola oriġinali ġie stabbilit fuq is-sit fl-1481, u li min-naħa l-oħra ħadu isimhom mill-kolonja medjevali ta' Genoese qrib Galata. Galatasaray tfisser direttament bħala 'Palazz Galata'.
Skond ir-riċerkatur Cem Atabeyoğlu, Galatasaray ħadu isimhom minn logħba tal-ewwel logħbiet tagħhom. F'dik il-logħba, Galatasaray rebħu 2–0 kontra klabb jismu Rûm u l-ispettaturi bdew issejħulhom "Galata Sarayı Efendileri" (bil-Malti: Sinjuri ta' Palazz (Belt) Galata), u wara dan l-avveniment, huma adottaw dak l-isem u bdew isejħu lil-klabb tagħhom "GalataSaray". Fl-1905, matul l-era tal-Imperu Ottoman, ma kienx hemm liġijiet għall-assoċjazzjonijiet, għalhekk il-klabb ma setax jiġi reġistrat uffiċjalment, imma wara l-Liġi tal-Assoċjazzjoni fl-1912 , il-klabb ġie rreġistrat legalment.[8]
“ | L-għan tagħna huwa li nilagħbu flimkien, li jkollna kulur u isem u li negħlbu it-timijiet ta' barra tat-Turkija. | ” |
Fost il-fundatur Ali Sami Yen, il-ko-fundaturi kienu dawk li kienu ħerqana li jagħmlu dan l-isport, bħal Asim Tevfik Sonumut, Reşat Şirvani, Cevdet Kalpakçıoğlu, Abidin Daver u Kamil.
Għall-ewwel, il-kuluri ta' Galatasaray Sports Club kienu aħmar u abjad. Dawn huma l-kuluri tal-bandiera Torka. Madankollu, ir-Repubblika Torka ma kinitx fondata f'dak iż-żmien. Għalhekk, din l-ispirazzjoni kkawżat l-amministrazzjoni repressiva tal-ġurnata u ħassuhom skomdi u l-amministrazzjoni ppersegwitat plejers tal-futbol. Għal din ir-raġuni, il-kuluri ġew mibdula għall-isfar u blu skur sal-1907. Fl-1908, kuluri ġodda ġew magħżula bħala aħmar u isfar. Ali Sami Yen stqarr, "Wara li ilna barra u ġewwa minn diversi ħwienet, rajna żewġ materjali tas-suf eleganti fil-ħanut Fatty Yanko ġewwa Bahçekapısı (bejn Eminönü u Sirkeci f'Istanbul, issa msejħa Bahçekapı). Wieħed minnhom kien pjuttost aħmar skur, li jixbaħ il-kulur taċ-ċirasa, u l-ieħor isfar fl-oranġjo. L-iskrivan tal-bejgħ għamel żewġ drappijiet mil-barma t'idejh u huma saru tant qawwija li fakru s-sbuħija tal-għasfur goldfinch. Aħna ħsibna li kienu qed ifittxu kuluri ta' ċaqliq fi ħruq tan-nar. Konna qegħdin nimmaġinaw il-fjamma safra u ħamra fuq it-tim brillanti tagħna u ħolma li toħodna magħha fir-rebħiet. Għalkemm hekk għamlet."
Peress li ma kienx hemm timijiet Torok, Galatasaray issieħbu fil-Kampjonat t'Istanbul li kien jikkonsisti timijiet Ingliżi u Griegi fl-istaġun 1905-1906. Huma rebħu l-ewwel titolu tal-kampjonat tagħhom fl-istaġun 1907–1908, Dan witta t-triq tal-bidu tal-istorja tal-futbol Tork.[9]
Filwaqt li l-futbol fit-Turkija beda jiżviluppa għal kollox, sal-1952, Galatasaray rebħu 10 titli oħra tal-Istanbul League, sitt titli tas-Sunday League u tlett titli tal-Friday League. Wara r-rikonoxximent tal-futbol professjonali fl-1952, l-ewwel kampjonat professjonali iżda mhux nazzjonali tat-Turkija, Istanbul Professional League li ntlagħab bejn l-1952 u l-1959. Galatasaray rebaħ tlieta titli minn 7 staġuni.
Türkiye Profesyonel 1. Ligi (illum imsejjħa Turkcell Super League) iffurmat fl-1959. Dan huwa l-ogħla kampjonat professjonali fil-futbol nazzjon Tork, u l-aktar kompetizzjoni sportiva popolari fil-pajjiż. Galatasaray ipparteċipaw fl-istaġuni kollha u rebħu 18-il titlu minn dakinhar.
Probabbilment l-akbar rekord li għandhu klabb huwa li rebaħ il-kampjonati nazzjonali fi 15-il fergħa ta' sport differenti fl-istaġun 1986-87.
L-aktar era suċċessiva ta' Galatasaray kienet tard fid-1990ijiet, meta l-klabb sar l-ewwel klabb tal-futbol Tork li rebaħ trofew Ewropew. Huma kienu megħjuna f'din minn waħda mill-aħjar ġenerazzjoni tat-Turkija ta' plejers Torok li marru biex jintemmu fit-3 post fit-Tazza tad-Dinja 2002 u lagħbu fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Euro 2000. Minbarra plejer talentużi, timijiet viżitaturi wkoll ma jħobbux jivvjaġġaw fl-Istadju Ali Sami Yen li litteralment Jissejjaħ "Infern" mill-partitarji ta' Galatasaray minħabba l-atmosfera intimidazzjoni pprovduta mis-sapporters inklużi r-rewwixti fil-folol.[10]
Hemm ħafna plejers tal-futbol ta' suċċess li lagħab għal Galatasaray u ħallew il-marka tagħhom fl-istorja tal-futbol Tork. Ftit eżempji jistgħu jkunu l-eroj nazzjonali tat-1930ijiet Eşfak Aykaç, Boduri li miet ta' 21 sena , Mehmet Leblebi li skorja rekord domestiku ta' 14-il gowl f'logħba waħda, Gündüz Kılıç imlaqqam Baba (missier) li kien kowċ, iżda wkoll plejer tat-team tiegħu fil-1950ijiet li kien ta' suċċess kbir kemm kowċ u plejer, l-aħwa Bülent-Reha Eken, Suat Mamat li għamel hat-trick fit-Tazza tad-Dinja 1954,[11] Coşkun Özarı li ħajtu ddedikata lil Galatasaray, Turgay Şeren il-gowler straordinarju li jissejjaħ the Panther of Berlin, Fatih Terim il-kaptan tat-tim ta' Galatasaray u tat-tim nazzjonali Tork u rebaħ il-UEFA Cup fl-2000 bħala kowċ, Metin Oktay il-leġġendarju li kien l-aqwa skorer tal-kampjonat Tork 6 darbiet, Zoran Simović gowler ieħor magħruf għall-penaltis, Cüneyt Tanman li lagħab rekord ta' 342 logħba għall-Galatasaray, Tanju Çolak skorer straordinarju li kien ir-rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb fl-1988 ma Galatasaray, Cevad Prekazi plejer mill-Kosovo li kien spettakolari għall-free kicks, Taffarel il-gowler rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mal-Brażil, Gheorghe Hagi, l-eroj tal-futbol Rumen li għadu deskritt bħala l-aqwa plejer barrani li lagħab fit-Turkija, l-attakant Brażiljan Mário Jardel, li kien imssejjaħ Super Mário mill-partitarji u skorja żewġ gowls għall-Galatasaray fil-Finali tas-Super Cup Ewropea tal-2000 kontra Real Madrid, u l-aħħar iżda mhux l-inqas, Hakan Şükür, il-plejer li skorja l-aktar gowls fl-ewwel diviżjoni tal-istorja tal-futbol Tork (249 gowl).
Isem u Pronunzja
[immodifika | immodifika s-sors]L-isem Galatasaray innifsu ġej minn dak ta' Skola tal-Galatasaray, li min-naħa ħadu isimhom minn Galata Sarayı Enderûn-u Hümâyûn (Palazz Imperjali ta' Skola Galata), l-isem tal-iskola oriġinali ġie stabbilit fuq is-sit fl-1481, u li min-naħa l-oħra ħadu isimhom mill-kolonja medjevali ta' Genoese qrib Galata. Galatasaray tfisser direttament bħala 'Palazz Galata'.
M'hemm l-ebda forma diminuttiva ta' Galatasaray. Il-partitarji jirreferu għall-klabb jew bl-isem sħiħ tiegħu jew mill-laqam tiegħu "Cim Bom Bom" (ppronunzjat 'Jim Bom Bom') jew fil-qasir 'Cim Bom'. Il-forma imqassra 'Gala' xi kultant hija wżata fl-Ewropa/Amerika.
Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li Galatasaray hija kelma komposta u hija ppronunzjata bħala tali. L-aktar żball komuni li huwa mhux magħmul minn kelliema Torok huwa li jgħidu Gala-tasaray, filwaqt li l-espressjoni korretta għandha tkun Galata-Saray ma' waqfa fil-qosor ħafna bejn iż-żewġ kelmiet.[12]
Storja tal-kits
[immodifika | immodifika s-sors]Perjodu | Manifattur tal-Kit | Sieħba |
---|---|---|
1977–1978 | Ebda | Volvo / PeReJa |
1978–1979 | Ebda | |
1979–1982 | Telefunken | |
1982–1983 | MEBan | |
1983–1985 | Telefunken | |
1985–1986 | Adidas | Denizcilik Bankası |
1986–1991 | TürkBank | |
1991–1992 | Umbro | ADEC Saat / Show TV |
1992–1995 | Show TV | |
1995–1997 | Adidas | VakıfBank |
1997–1998 | Bank Ekspres | |
1998–2000 | Marshall | |
2000–2001 | Telsim | |
2001–2002 | Lotto | Aria |
2002–2004 | Umbro | |
2004–2005 | Avea | |
2005–2009 | Adidas | |
2009–2011 | Türk Telekom | |
2011– | Nike |
Grawnds
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Ali Sami Yen Stadı u Türk Telekom Arena.
Türk Telekom Arena | |
---|---|
Stampa:Türk Telekom Arena view.jpg | |
Lokalità | Şişli, Istanbul, Turkija |
Bidu tal-kostruzzjoni | 13 ta' Diċembru 2007 |
Inawgurazzjoni | 15 ta' Jannar 2011 |
Proprjetarju | Galatasaray SK |
Wiċċ | Ħaxix |
Arkitett | 'asp' architekten Stuttgart[13] |
Kapaċità | 52,652 |
Dimensjonijiet | 105 × 68m |
Meta Galatasaray ġew fondati, l-ebda timijiet Torok ma kellhom grawnd tagħhom stess, u l-logħob fil-Kampjonat t'Istanbul kienu jsiru ġewwa Papazın Çayırı – illum is-sit ta' Stadju Şükrü Saracoğlu ta' Fenerbahçe. Fl-1921 l-ewwel stadju tal-futbol xieraq fil-belt inbena, l-Istadju Taksim, li kien użat bħala grawnd tat-timijiet kolla f'Istanbul. Meta l-istoriku Stadju Taksim kien imwaqqa fl-1940, Galatasaray iddeċiedew li jibnu grawnd kbir u modern. Minħabba diffikultajiet li rriżultaw mit-Tieni Gwerra Dinjija, il-kostruzzjoni ġiet ittardja għal aktar minn għoxrin sena. F'dan il-perjodu, huma lagħbu ġewwa Şeref Stadi u Dolmabahçe Stadi
Ali Sami Yen Stadi
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-20 ta' Diċembru 1964, l-Istadju Ali Sami Yen ġie nawgurat.[14] Huwa msemmi wara l-fundatur ta' Galatasaray, Ali Sami Yen, huwa jinsab fil-kwart ta' Mecidiyeköy tad-distrett ta' Şişli fiċ-ċentru tal-belt. Fl-1964, l-istadju kellu kapaċità ta' 35,000. Illum, minħabba titjib fis-sigurtà u l-projbizzjoni ta' spettaturi mhux bilqiegħda, huwa għandhu kapaċità ta' 24,990 bilqiegħda.[15]
Wara l-2002, meta Istadju Olimpiku Atatürk kienet mibnija għall-offerta fil-Logħob Olimpiku ġewwa Istanbul, Galatasaray bdew jilgħabu hemmhekk fit-Tazza Ewropea. Ir-rekord t'attendenza fost il-grawnds Torok kien miksur hemm, fil-logħba Galatasaray–Olympiacos li ntlagħbet quddiem 79,414 spettatur. Madankollu, l-Istadju Ali Sami Yen għandhu importanza storika għas-sapporters ta' Galatasaray għalkemm huwa iżgħar u ikbar.[16]
Türk Telekom Arena
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Grawnd ġdid ta' Galatasaray ġie mibni mill-ġdid li huwa Türk Telekom Arena. Dan jinsab fil-kwart ta' Aslantepe qrib Maslak, distrett finanzjarju ġewwa Şişli. L-istadju l-ġdid, li nfetaħ fil-15 ta' Jannar 2011, għandu kapaċità ta' 52,695 sedili, li għamlet l-akbar stadju proprjetà privat tal-klabb fit-Turkija.[17]
Innijiet tal-Istadju
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-1998, wara kull gowl skorjat minn Galatasaray, tindaqq l-aħħar parti tal-kanzunetta I Will Survive mill-Banda Hermes House. Għalkemm il-kanzunetta hija bl-Ingliż, il-parti użata m'għandha l-ebda lirika ħlief "la la la la". Barra minn hekk, qabel kull logħba l-Florida State Warchant (Galatasaray War Chant), li hija chant antika ħafna tal-Indjani Amerikani indiġeni tat-Tramuntana, tindaqq akkumpanjata minn dak li s-sapporters issejħu "scarf show" fejn il-partitarji juru xalpi,bnadar u aktar. Ħafna nies issejħu l-istadju 'Cehennem' (infern) minħabba l-innijiet tal-istadju u jsaħnu kontinwament il-partitarji.
|
Storja tal-Istadju
[immodifika | immodifika s-sors]# | Grawnd | Snin[18] |
---|---|---|
1 | Papazın Çayırı | 1905–1921 |
2 | Taksim Stadi | 1921–1940 |
3 | Şeref Stadi | 1940–1948 |
4 | Dolmabahçe Stadi | 1948–1966 |
5 | Ali Sami Yen Stadi | 1966–1972 |
6 | Dolmabahçe Stadi | 1972–1980 |
7 | Ali Sami Yen Stadi | 1980–1984 |
8 | Dolmabahçe Stadi | 1984–1986 |
9 | Ali Sami Yen Stadi | 1986–2003 |
10 | Atatürk Olimpiyat Stadi | 2003–2004 |
11 | Ali Sami Yen Stadi | 2004–2011 |
12 | Türk Telekom Arena | 2011– |
# | Grawnd | Snin ta' logħob |
---|---|---|
1 | Ali Sami Yen Stadi | 34 |
2 | Dolmabahçe Stadi | 28 |
3 | Taksim Stadi | 18 |
4 | Papazın Çayırı | 17 |
5 | Şeref Stadi | 8 |
6 | Türk Telekom Arena | 2 |
7 | Atatürk Olimpiyat Stadi | 1 |
Rekords tal-plejer
[immodifika | immodifika s-sors]- Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett, ara Lista ta' rekords u statistiki ta' Galatasaray SK.
- L-aktar apparenzi fis-Süper Lig
- Bülent Korkmaz – 430
- L-aktar fis-Süper Lig
- Hakan Şükür – 228
- L-aqwa plejer li għamel apparenzi għall-klabb.
- Turgay Şeren – 631
- L-aqwa skorer ta' kull żmien
- Metin Oktay – 538
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Għal aktar informazzjoni fuq l-Unuri, ara Lista ta' rekords u statistiki ta' Galatasaray SK u Galatasaray SK fl-Ewropa.
Kompetizzjonijiet Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]- UEFA Super Cup:
- Rebbieħa (1): 2000
- UEFA Europa League:
- Rebbieħa (1): 1999–2000
- UEFA Cup Winners' Cup:
- Kwarti tal-Finali (1): 1991–1992
Kompetizzjonijiet Domestiċi
[immodifika | immodifika s-sors]- Süper Lig:
- Rebbieħa (24): (rekord-maqsum) 1961–62, 1962–63, 1968–69, 1970–71, 1971–72, 1972–73, 1986–87, 1987–88, 1992–93, 1993–94, 1996–97, 1997–98, 1998–99, 1999–2000, 2001–02, 2005–06, 2007–08, 2011–2012, 2012/2013, 2014/2015, 2017/2018, 2018/2019, 2022/23, 2023/24
- Runners-up (9): 1960–61, 1965–66, 1974–75, 1978–79, 1985–86, 1990–91, 2000–01, 2002–03
- Türkiye Kupası: (rekord)
- Rebbieħa (14): 1963, 1964, 1965, 1966, 1973, 1976, 1982, 1985, 1991, 1993, 1996, 1999, 2000, 2005
- Runners-up (5): 1969, 1980, 1994, 1995, 1998
- Süper Kupa: (rekord)
- Rebbieħa (14): 1966, 1969, 1972, 1982, 1987, 1988, 1991, 1993, 1996, 1997, 2008, 2012, 2013, 2015
- Runners-up (8): 1971, 1973, 1976, 1985, 1994, 1998, 2006, 2014
Kompetizzjonijiet Domestiċi li m'għadhomx jeżistu
[immodifika | immodifika s-sors]- Milli Küme Şampiyonası:
- Rebbieħa (1): 1938–39
- Tazza tal-Kanċillier:
- Rebbieħa (5): 1975, 1979, 1986, 1990, 1995
- Tazza TSYD: (rekord-maqsum)
- Rebbieħa (12): 1963, 1966, 1967, 1970, 1977, 1981, 1987, 1991, 1992, 1997, 1998, 1999
- Tazza Atatürk Gazi: (rekord)
- Rebbieħa (1): 1928
- Tazza 50. Yıl: (rekord)
- Rebbieħa (1):1973
Titoli Reġjonali li m'għadhomx jeżistu
[immodifika | immodifika s-sors]- Kampjonat t'Istanbul: (rekord-maqsum)
- Rebbieħa (15): 1908–09, 1909–10, 1910–11, 1914–15, 1915–16, 1921–22, 1924–25, 1925–26, 1926–27, 1928–29, 1930–31, 1948–49, 1954–55, 1955–56, 1957–58
- Tazza t'Istanbul: (rekord-maqsum)
- Rebbieħa (2): 1942, 1943
- Shield t'Istanbul:
- Rebbieħa (1): 1932–33
- Tazza tal-Unjoni tal-Klabbs:
- Rebbieħa (1): 1909
Plejers
[immodifika | immodifika s-sors]Skwadra
[immodifika | immodifika s-sors]Plejers barra f'self
[immodifika | immodifika s-sors]
|
Skwadra tar-Riżerva u tal-Akkademja
[immodifika | immodifika s-sors]Ara Galatasaray A2
Eks Plejers
[immodifika | immodifika s-sors]Għal dettalji dwar l-eks plejers, ara Plejers ta' Galatasaray SK u Lista ta' plejers ta' Galatasaray SK.
Kaptani tal-Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
|
Presidenti
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' presidenti ta' Galatasaray SK.
Isem | Snin |
---|---|
Faruk Süren | 1996–01 |
Mehmet Cansun | 2001–02 |
Özhan Canaydın | 2002–08 |
Adnan Polat | 2008–11 |
Ünal Aysal | 2011– |
Uffiċjali tal-Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Amministrazzjoni
Isem | Rwol |
---|---|
Direttur Ġenerali | Sedef Köksal |
Koordinatur Sportiv | Bülent Tulun |
Direttur Finanzjarju u Amministrattiv | Sedef Hacısalihoğlu |
Direttur tal-Kompetizzjoni u Relazzjonijiet Esterni | Yeşim Toroslu |
Maniger tat-Tim | Cenk Ergün |
Eżekuttiv Assistent | Ezgi Ekiz |
- Staff tal-kowċing
Isem | Rwol |
---|---|
Kowċ | Fatih Terim |
Kowċ Assistent | Hasan Şaş |
Kowċ Assistent | Ümit Davala |
Kowċ tal-Gowlers | Claudio Taffarel |
Kowċ tal-Prestazzjoni | Scott Piri |
Analist | Metin Çakıroğlu |
Kowċ tas-Saħħa | Yasin Küçük |
Storja tal-Kowċis
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' kowċis ta' Galatasaray SK.
Perjodu | Isem |
---|---|
2000–02 | Mircea Lucescu |
2002–03 | Fatih Terim |
2003–04 | Fatih Terim Gheorghe Hagi |
2004–05 | Gheorghe Hagi |
2005–07 | Eric Gerets |
2007–08 | Karl-Heinz Feldkamp Cevat Güler |
2008–09 | Michael Skibbe Bülent Korkmaz |
2009–10 | Frank Rijkaard |
2010–11 | Frank Rijkaard Gheorghe Hagi Bülent Ünder |
2011–preżent | Fatih Terim |
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Gayin-sin.net". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-23. Miġbur 2013-03-05.
- ^ http://www.guinnessworldrecords.com/records-1/loudest-crowd-roar-at-a-sports-stadium/
- ^ http://www.sportingintelligence.com/2010/09/14/how-galatasaray-became-the-world%E2%80%99s-no1-sports-team-on-facebook-140901/
- ^ http://brandirectory.com/profile/galatasaray
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-17. Miġbur 2013-03-06.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ Galatasaray.org, ed. (2007-11-17). "First match and foundation" (bl-Ingliż).
- ^ Galatasaray.org, ed. (2007-11-23). "How Galatasaray Founded" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-09. Miġbur 2013-03-06.
- ^ Galatasaray.org, ed. (2007-11-22). "History of founding from official site" (bl-Ingliż).
- ^ Tff.org, ed. (2007-11-21). "History of Turkish football" (bl-Ingliż).
- ^ BBC.co.uk, ed. (2007-10-18). "News about Galatasaray Match" (bl-Ingliż).
- ^ Galatasaray Official, ed. (2007-11-24). "Suat Mamat Profile" (bl-Ingliż).
- ^ Tekil, Süleyman (1983). Arset Matbaacılık Kollektif Şti (ed.). Galatasaray, Dünden Bugüne 1905–1982. pp. 1–13. Parametru mhux magħruf
|belt=
injorat (għajnuna) - ^ asp stuttgart
- ^ "Ali Sami Yen Stadium" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|dataarkivju=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|urlarkivju=
injorat (għajnuna) - ^ "Ali Sami Yen Stadium Information". The Stadium Guide (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Fotomaç, ed. (2006-10-20). "Zulümpiyat! Stadı" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Galatasaray SK (ed.). "Stadium info". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-04. Miġbur 2013-03-09. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ TRT Website
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Birand, M. A., & Polat, M. M. (2006). Passion that continues for 100 years. İstanbul: D Yapım. OCLC 164788939
- Turagay, U., Özgün, G., Gökçin, B., Ahunbay (2006). 17 May: The story of a championship. İstanbul: D Yapım. OCLC 169899400
- Hasol, D. (2004). Dreams/realities in Galatasaray. İstanbul: Yapı Yayın. ISBN 978-975-8599-44-8
- Tuncay, B. (2003). Galatasaray with European Success and Notable Players. Yapı Kredi Kü̈ltü̈r Sanat Yayıncılık. ISBN 978-975-08-0427-4
- Yamak, O. (2001). Galatasaray: Story of 95 years. Sinerji. OCLC 59287768
- Çakar, A. (1995). 90 questions about history of Galatasaray SK. Cağaloğlu, İstanbul: Demir Ajans Yayınları. OCLC 42434622
- Tekil, S. (1986). History of Galatasaray, 1905–1985. Galatasaray Spor Kulübü. OCLC 25025508
- Tekil, S. (1983). Galatasaray 1905–1982: Memories. Arset Matbaacılık Koll. Şti. OCLC 62614035
- İsfendiyar, F. (1952). History of Galatasaray. İstanbul: [Doğan Kardeş yayınları]. OCLC 27753643
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Galatasaray SK |
Fil-Wikibarijiet hemm aħbarijiet relatati ma': Galatasaray |
- (TR, EN, FR) Sit Uffiċjali
- (TR, EN, FR) Paġna Uffiċjali fuq Facebook
- (TR) Galatasaray SK fuq Twitter