Aqbeż għall-kontentut

Mirella Freni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mirella Freni
Ħajja
Isem propju Mirella Fregni
Twelid Modena, 27 Frar 1935
Nazzjonalità Italja
Mewt Modena, 9 Frar 2020
Kawża tal-mewt  (marda ċerebrovaskolari)
Familja
Konjuga/i Nicolai Ghiaurov (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Ettore Campogalliani (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant tal-opri
Post tax-xogħol Ruma
Impjegaturi Accademia Nazionale di Santa Cecilia (mul) Translate
Premjijiet
Moviment artistiku opra
Tip ta' leħen sopran
Strument/i tal-mużika pjanu

Mirella Freni, (OMRI pronunzja bit-Taljan: [miˈrɛlːa ˈfreːni], born Mirella Fregni, twieldet fis-27 ta' Frar 1935 – mietet fid-9 ta' Frar 2020)[1] kienet sopran tal-opra Taljana li kellha karriera ta' 50 sena u li dehret fl-iżjed teatri tal-opri internazzjonali ewlenin. Hija kisbet attenzjoni internazzjonali fil-Festival ta' Glyndebourne, fejn kellha r-rwol ta' Zerlina f'Don Giovanni ta' Mozart u ta' Adina f'L'elisir d'amore ta' Donizetti.

Freni hija assoċjata mar-rwol ta' Mimi f'La bohème ta' Puccini[2], li kantat fit-Teatru La Scala f'Milan u fl-Opera Statali ta' Vjenna fl-1963, taħt id-direzzjoni tas-surmast Herbert von Karajan.[3] Hija ħadmet ukoll fl-istess rwol f'film tal-produzzjoni u bħala d-debutt tagħha fil-Metropolitan Opera fil-Belt ta' New York fl-1965.[3] Fl-iżjed DVDs bikrin tal-opri, hija ħadmet ir-rwoli tal-karattri tagħha b'konvinzjoni kemm bħala reċtar kif ukoll bħala kant.[4] Freni kienet miżżewġa għal bosta snin mal-bassista Bulgaru Nicolai Ghiaurov, u miegħu kienet tkanta u tirreġistra l-ispettakli. L-obitwarju tagħha minn The New York Times jiddeskriviha bħala "prima donna Taljana li qatt ma kien hawn bħalha".[1]

Imwielda f'Modena, hija kellha l-istess fattiga li kienet tieħu ħsiebha bħal Luciano Pavarotti, u mat-tenur kibret u ħadmet bosta drabi flimkien miegħu fuq il-palk. Hija studjat il-kant l-ewwel ma' zijuha, Dante Arcelli[5], imbagħad ma' Luigi Bertazzoni u ma' Ettore Campogalliani. Iktar 'il quddiem bidlet isimha għax ħasbet li kien eħfef biex wieħed jippronunzjah. Freni għamlet id-debutt tagħha fl-opri fit-Teatru Muniċipali f'raħal twelidha fit-3 ta' Marzu 1955 fir-rwol ta' Micaëla f'Carmen ta' Bizet.[6] Iktar 'il quddiem iżżewġet lill-għalliem tagħha, il-pjanist u s-surmast Leone Magiera; il-koppja kellha tifla flimkien.[7] Freni kompliet bil-karriera tagħha fl-1958 meta ħadmet fir-rwol ta' Mimì f'La bohème ta' Puccini fit-Teatro Regio f'Torino, u kantat fl-istaġun tal-1959-1960 tad-De Nederlandse Opera. L-iżvolta internazzjonali tagħha waslet fil-Festival ta' Glyndebourne, fejn fl-1960 ħadmet ir-rwol ta' Zerlina f'Don Giovanni ta' Mozart, flimkien ma' Joan Sutherland li ħadmet fir-rwol ta' Donna Anna, u fl-1962 ħadmet fir-rwol ta' Susanna f'The Marriage of Figaro, u fir-rwol ta' Adina f'L'elisir d'amore ta' Donizetti, taħt id-direzzjoni ta' Franco Zeffirelli.

Fl-1961, Freni ħadmet l-ewwel darba fir-Royal Opera House f'Londra fir-rwol ta' Nannetta f'Falstaff ta' Verdi. Hija ssostitwiet lil Renato Scotto f'La Scala fir-rwol ta' Nanetta.[8] Fil-31 ta' Jannar 1963, hija ħadmet fir-rwol ta' Mimì f'produzzjoni mtella' minn Franco Zeffirelli u diretta mis-surmast Herbert von Karajan. Hija saret waħda mill-iktar kantanti ppreferuti tas-surmast fl-opri u fil-kunċerti. Il-produzzjoni ġiet ripetuta fit-Teatru Statali tal-Opri ta' Vjenna fl-istess sena, u dehret fuq dak il-palk fi ħdax-il rwol, inkluż fir-rwol ewlieni ta' Manon Lescaut ta' Puccini, u ta' Amelia f'Simon Boccanegra ta' Verdi.[9]

Fid-29 ta' Settembru 1965, ħadmet għall-ewwel darba fil-Metropolitan Opera fil-Belt ta' New York, mill-ġdid fir-rwol ta' Mimì, flimkien ma' Gianni Raimondi fir-rwol ta' Rodolfo, li wkoll għamel id-debutt tiegħu hemmhekk.[10] Iktar 'il quddiem ħadmet hemmhekk fir-rwoli ta' Adina f'L'elisir d'amore ta' Donizetti[11], ta' Liù f'Turandot ta' Puccini, ta' Marguerite f'Faust ta' Gounod, ta' Ġuljetta f'Roméo et Juliette, ta' Susanna u ta' Micaela f'Manon Lescaut. Is-sena ta' wara hija kantat mill-ġdid fir-rwol ta' Mimì għad-debutt tagħha fil-Philadelphia Lyric Opera Company, flimkien ma' Flaviano Labò li ħadem fir-rwol ta' Rodolfo. Mill-bidu tas-snin 70 sal-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20, Freni kantat f'rwoli iktar ta' piż fl-opri ta' Verdi, inkluż ta' Elisabetta fil-produzzjoni ta' John Dexter ta' Don Carlos, ta' Desdemona f'Otello (flimkien ma' Jon Vickers), ta' Amelia f'Simon Boccanegra, ta' Elvira fil-produzzjoni ta' Luca Ronconi ta' Ernani, ta' Leonora f'La forza del destino, u tal-protagonista f'Aida fil-Houston Grand Opera fl-1987. Hija ħadmet fir-rwol ta' Tosca ta' Puccini f'reġistrazzjoni biss. Ħadmet ukoll ta' Manon Lescaut fl-istaġun tal-1990 fil-Metropolitan Opera[12], u rreġistrat Madama Butterfly[13] u t-tliet rwoli ta' Il trittico.[14]

Freni għażlet ir-rwoli tagħha bir-reqqa, u f'intervista qalet: "Jiena ġeneruża b'diversi modi, iżda mhux meta naħseb li nispiċċa ngħarraq il-vuċi tiegħi. Xi kantanti jaħsbu li huma allat li jistgħu jagħmlu kollox. Iżda jiena dejjem kont onesta miegħi nnifsi u rigward il-possibbiltajiet tiegħi". Hija rrifjutat l-offerti ta' Karajan li taħdem bħala Leonora f'Il trovatore ta' Verdi u fir-rwol ta' protagonista f'Turandot ta' Puccini. Ir-rwol ta' Elvira f'Ernani ngħata l-ġenb wara li ttella' spettaklu wieħed f'La Scala (u minkejja offerti li rċeviet biex tkanta r-rwol xi mkien ieħor). Hija qatt ma kantat ir-rwol ta' Cio-Cio-San fuq il-palk, iżda rreġistrat ir-rwol darbtejn, mingħajr ma jitqies il-film tal-1975 ta' Madama Butterfly, flimkien ma' Plácido Domingo, b'Karajan bħala surmast u Jean-Pierre Ponnelle fid-direzzjoni. Hija ħadmet ir-rwol ta' Susanna fil-film ta' Ponnelle Le nozze di Figaro, fejn dehru wkoll Dietrich Fischer-Dieskau, Kiri Te Kanawa u Hermann Prey.

Fl-1978, wara ż-żwieġ tagħha ma' Magiera sfaxxa f'divorzju, hija żżewġet lil Nicolai Ghiaurov, wieħed mill-bassisti tal-opri ewlenin tal-perjodu ta' wara l-gwerra. Flimkien għenu biex jiġi stabbilit iċ-Centro Universale del Bel Canto f'Vignola, fejn bdew jgħallmu fl-2002. Wara l-mewt ta' Ghiaurov fl-2004, Freni kompliet il-ħidma tagħhom ta' preservazzjoni tat-tradizzjoni tal-bel canto, u baqgħet tgħallem lil kantanti żgħażagħ mid-dinja kollha.

Freni estendiet ir-repertorju u l-istil tagħha matul is-snin 90 tas-seklu 20 bil-Veriżmu Taljan, u ħadmet f'rwoli ta' protagonista f'Adriana Lecouvreur ta' Francesco Cilea f'Milan, f'Pariġi, f'Barċellona u f'New York, u f'Fedora ta' Umberto Giordano f'Londra, f'Milan, f'New York, f'Torino, f'Barċellona u fi Zürich. Fl-1997, kantat f'Madame Sans-Gêne ta' Giordano fit-Teatro Massimo Bellini.[15] Matul dan iż-żmien hija kantat fl-opri Russi, u ħadmet fir-rwoli ta' Tatiana f'Eugene Onegin ta' Tchaikovsky, ta' Lisa f'The Queen of Spades, u ta' Ioanna f'The Maid of Orleans. Freni temmet il-karriera professjonali tagħha fuq il-palk meta ħadmet ir-rwol tal-adolexxenti Ioanna fl-età ta' 70 sena fil-Washington National Opera fil-11 ta' April 2005.

Freni mietet fid-9 ta' Frar 2020 f'darha f'Modena. Skont il-maniġer tagħha, hija mietet "wara żmien twil tikkumbatti marda deġenerattiva u wara sensiela ta' puplesiji". Fit-12 ta' Frar, it-tebut tagħha ġie mċaqlaq mill-post tal-entità funebri għat-Teatru Komunali ta' Modena sabiex tingħata ġieħ pubbliku, u mbagħad ġie ttrasferit b'purċissjoni lejn il-Katidral ta' Modena, fejn seħħ il-funeral.[16]

Freni ngħatat l-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana fil-grad ta' Kavallier tas-Salib Grandjuż fl-1990[17], u l-Leġjun tal-Unur Franċiż f'Marzu 1993. Fl-1995, ġiet maħtura Kmandant tal-Ordre des Arts et des Lettres.[18] L-Università ta' Pisa assenjatilha lawrja onorarja fl-2002 għall-"kontribut kbir tagħha lill-kultura Ewropea".[19] Fl-2009, ġiet promossa għall-grad ta' Uffiċjal fil-Leġjun tal-Unur.[20]

Fl-2005, il-Metropolitan Opera ċċelebrat l-40 anniversarju tad-debutt tagħha hemmhekk u l-50 anniversarju tad-debutt tagħha fuq il-palk, b'kunċert gala speċjali taħt id-direzzjoni ta' James Levine.[21]

  • The Metropolitan Opera Centennial Gala (1983), Deutsche Grammophon DVD, 00440-073-4538, 2009[22]
  • The Metropolitan Opera Gala 1991, Deutsche Grammophon DVD, 00440-073-4582, 2010[23]
  1. ^ a b Tommasini, Anthony (2020-02-09). "Mirella Freni, Matchless Italian Prima Donna, Dies at 84" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-28.
  2. ^ "Remembering Mirella Freni (1935–2020)". www.roh.org.uk. Miġbur 2022-02-28.
  3. ^ a b Sinkovicz, 10 02 2020 um 21:06 von Wilhelm (2020-02-10). "Mirella Freni: Sie sang. Und das genügte". Die Presse (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-28.
  4. ^ "Renowned Italian soprano Mirella Freni dies at age 84". AP NEWS (bl-Ingliż). 2020-02-09. Miġbur 2022-02-28.
  5. ^ Kutsch, K. J.; Riemens, Leo (2012). Freni, Mirella. Großes Sängerlexikon (in German) (4th ed.). Walter de Gruyter. pp. 1558–1559. ISBN 978-3-59-844088-5.
  6. ^ Brug, Manuel (2020-02-10). "Mirella Freni ist tot: Das allersüßeste Opernmädchen" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-28.
  7. ^ "Mirella Freni obituary". the Guardian (bl-Ingliż). 2020-02-10. Miġbur 2022-02-28.
  8. ^ "Mirella Freni dies at 84" (bl-Ingliż). 2020-02-09. Miġbur 2022-02-28.
  9. ^ Staatsoper, Wiener. "Zum Tod von KS Mirella Freni". upstream.wiener-staatsoper.at (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-02-28.
  10. ^ "BiblioTech PRO V3.2b". archives.metoperafamily.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-28. Miġbur 2022-02-28.
  11. ^ "BiblioTech PRO V3.2a". archives.metoperafamily.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-28. Miġbur 2022-02-28.
  12. ^ Henahan, Donal (1990-02-21). "Review/Opera; Mirella Freni as Puccini's Manon Lescaut, at Met" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-28.
  13. ^ "Store closed | Classical Music | ArkivMusic". www.arkivmusic.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-02-22. Miġbur 2022-02-28.
  14. ^ "Review". Gramophone (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-28.
  15. ^ "LA DIVA MIRELLA FRENI IRRESISTIBILE MADAME - la Repubblica.it". Archivio - la Repubblica.it (bit-Taljan). Miġbur 2022-02-28.
  16. ^ MALARA, VINCENZO (2020-02-12). "Mirella Freni funerali oggi, folla e Mozart in Duomo per l'addio". il Resto del Carlino (bit-Taljan). Miġbur 2022-02-28.
  17. ^ "Le onorificenze della Repubblica Italiana". www.quirinale.it. Miġbur 2022-02-28.
  18. ^ "Ordre des Arts et Lettres" (bil-Franċiż). 1995-02-23. Miġbur 2022-02-28.
  19. ^ Web, Redazione. "L'Università di Pisa ricorda il soprano Mirella Freni". www.unipi.it. Miġbur 2022-02-28.
  20. ^ Nazionale, Quotidiano (2009-04-15). "Applausi per il soprano Mirella Freni Ora è Ufficiale della Legion d'onore". Quotidiano Nazionale (bit-Taljan). Miġbur 2022-02-28.
  21. ^ Tommasini, Anthony (2005-05-14). "For Freni, 50 Years Onstage Is Prelude" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-28.
  22. ^ Henahan, Donal (1983-10-24). "MET GIVES GALA HUG TO ITSELF" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-28.
  23. ^ "Catalogue". www.deutschegrammophon.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-28.