Aqbeż għall-kontentut

Neolitiku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-tempju ċentrali tal-Imnajdra, Malta

Neolitiku tfisser il-ġebla ġdida u li jibda minn daqs 12,000 - 10,000 sena ilu. Dan hu dak iż-żmien meta fil-Mediterran, l-aktar fil-Lvant Nofsani, il-bniedem beda jgħix ħajja sedentarja u ma' baqax biss bl-ikel li kien jaqbad mill-kaċċja jew mill-ġbir tal-ħxejjex li jikbru fis-selvaġġ. Il-bniedem sedentarju beda jkabbar il-ħxejjex tiegħu. Dan wassal biex l-individwi li kienu jgħixu fir-reġġjun bdew jgħxiu ħajja komunitarja u minn hawn bdew jiżviluppaw il-bliet u b'hekk iċ-ċivilitajiet.


In-Neolitiku f'Malta

In-neolitiku f'Malta jibda mal-miġja tal-ewwel abitanti li qasmu minn Sqallija u ġew jgħixu f'Malta. Xogħolhom kien dak li jaħdmu l-art, jistgħadu u jgħixu minn kull ma kien jikber waħdu jew jitkabbar minnhom. Il-fażi Neolitiku f'Malta jinqasam f'żewġ partijiet, dak in-Neolitiku meta l-ewwel abitanti bdew jgħixu f'għerien u ġriebeġ tal-ġebel. It-tieni fażi kien dak meta immigrazzjoni ta' nies oħra, bdew wara bosta ġenerazzjonijiet jibnu t-tempji megalitiċi. Dan iż-żmien jissejjaħ ukoll Żmien ir-Ram. Mhux għaliex f'Malta jew fit-tempji instab ir-ram, iżda biex wieħed jipparaguna dan il-perjodu Neolitiku f'Malta ma reġjuni fl-Ewropa fejn ir-ram kien jintuża. Id-distinzjoni bejn fażi u oħra hi ħafna drabi identifikabbli mill-mod kif kien jinħadem il-fuħħar.

il-fażijiet tal-eqdem żminijiet fin-Neolitiku ta' Malta huma dawn:


Għar Dalam 5,200 - 4,500 Q.K.

Skorba tal-fuħħar Griż 4,500 - 4,400 Q. K.

Skorba tal-fuħħar l-aħmar 4,400 - 4,100 Q.K.

Il-fażi Għar Dalam

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan hu l-eqdem fażi tal-preistorja f'Malta (5,200 Q.K.) Dan hu l-ewwel żmien meta l-bniedem beda jgħix fil-ġżejjer Maltin.

Żmien Skorba Griża u Ħamra

[immodifika | immodifika s-sors]
Skorba Griża u Ħamra

L-istudjużi jaħsbu li aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar ġew nies minn barra jgħammru fuq dawn il-gżejjer. Fi Skorba, viċin l-Imġarr, instabu xi pedamenti u fdalijiet ta' binjiet li kienu x'aktarx jixbhu l-giren. Sfortunatament, illum baqa' biss xi ftit fdalijiet u pedamenti. Skorba huwa maqsum f'żewġ fażijiet: Skorba Griża u Skorba Ħamra. Wara li għadda xi ftit żmien, il-kulur tal-fuħħar griż issa beda jingħata kulur aħmar aħmar skur.


Żmien il-Kalkolitiku / Żmien it-Tempji

Dan hu dak il-perjodu meta kienet waslet Malta komunita ġdida ta' nies minn Sqallija. Kienet din il-komunita li wara ċertu żmien bdiet tibni tempji megalitiċi li damu jservu lill-ġenerazzjonijiet ta' wara għall-mijiet ta' snin.

Il-fażijiet ta' dan il-perijodu Neolitiku - magħruf ukoll bħala Żmien ir-Ram, jew Żmien il-Kalkolitiku jinqasam f'fażijiet b'dan il-mod:


Fażi (Ħaż) Żebbuġ 4,100 - 3,800 Q.K.

Fażi Mġarr 3,800 - 3,600 Q.K.

Fażi Ġgantija 3,600 - 3,000 Q.K.

Fażi ta' Ħal Saflieni 3,300 - 3,000 Q.K.

Fażi (Ħal) Tarxien 3,000 - 2,500 Q.K.


Kull fażi hi distinta mill-oħra l-aktar mill-istil tal-fuħħar. Biss, anki fil-kwalita tal-bini tat-tempji, fejn l-arkitettura u l-qtugħ tal-blat li bih ittella' t-tempju huma ta' kwalita superjuri minn dak ta' qabilhom.

Wara dan il-perjodu, tibda fażi ġdida, li tidher li kienet isseparata totalment forsi bis-snin 'il bogħod iżda b'ertament bil-kultura li kienet totalment differenti minn dik tat-tempji ta' żmien in-Neolitiku. Dan hu żmien il-Bronż. Dan ukoll għandu l-fażijiet distinti tiegħu, kull fażi timmarka l-wasla ta' grupp ta nies differenti minn ta' qabilhom. Il-fażijiet ta' Żmien il-Bronż huma dawn:


Fażi taċ-Ċimiterju ta' Ħal Tarxien 2,500 / 2,000 - 1,500 Q.K.

Fażi tal-Baħrija 1,500 - 700 Q. K.

Fażi ta' Borġ in-Nadur 900 - 700 Q. K.