Aqbeż għall-kontentut

Residenzi tal-Moderniżmu f'Berlin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dettall ta' wħud mill-bibien tar-Residenzi tal-Moderniżmu f'Berlin

Ir-Residenzi tal-Moderniżmu f'Berlin (bil-Ġermaniż: Siedlungen der Berliner Moderne) huwa Sit ta' Wirt Dinji li ġie ddeżinjat fl-2008[1], li hu magħmul minn sitt residenzi sussidjati separati f'Berlin. Dawn ir-residenzi b'mod ewlieni jmorru lura għas-snin tar-Repubblika ta' Weimar (1919-1933), meta l-belt ta' Berlin kienet partikolarment progressiva soċjalment, politikament u kulturalment. Huma eżempji straordinarji tal-moviment ta' riforma tal-bini li kkontribwew biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-abitazzjonijiet u tal-għajxien għan-nies b'introjtu baxx permezz ta' approċċi innovattivi għall-arkitettura u għall-ippjanar urban. Ir-residenzi jipprovdu wkoll eżempji eċċezzjonali ta' tipoloġiji urbani u arkitettoniċi ġodda, b'soluzzjonijiet ta' disinn frisk, kif ukoll bħala innovazzjonijiet tekniċi u estetiċi.[1][2]

Bruno Taut, Martin Wagner u Walter Gropius kienu fost l-arkitetti ewlenin ta' dawn il-proġetti li eżerċitaw influwenza konsiderevoli fuq l-iżvilupp tal-abitazzjonijiet madwar id-dinja.[1]

Lista tar-Residenzi tal-Moderniżmu f'Berlin

[immodifika | immodifika s-sors]
Residenzi Postijiet u Koordinati Dati Pjanifikaturi Arkitetti Ritratti
Gartenstadt FalkenbergTuschkastensiedlung ("Residenza b'għamla ta' Kaxxa taż-Żebgħa" Bohnsdorf

52°24′39″N 13°34′00″E

1913–1916 Bruno Taut Bruno Taut

Heinrich Tessenow

Siedlung Schillerpark Wedding

52°33′34″N 13°20′56″E

1924–1930 Bruno Taut Bruno Taut

Max Taut Hans Hoffmann (tkabbir fl-1954-1959)

Großsiedlung BritzHufeisensiedlung ("Residenza b'għamla ta' Nagħla") Britz

52°26′54″N 13°27′00″E

1925–1930 Bruno Taut Bruno Taut

Martin Wagner

Wohnstadt Carl Legien Prenzlauer Berg

52°32′47″N 13°26′01″E

1928–1930 Bruno Taut Bruno Taut

Franz Hillinger

Weiße Stadt (Belt Bajda) Reinickendorf

52°34′10″N 13°21′03″E

1929–1931 Otto Rudolf Salvisberg

Martin Wagner (direzzjoni)

Otto Rudolf Salvisberg

Bruno Ahrends Wilhelm Büning

Großsiedlung SiemensstadtRingsiedlung Charlottenburg-Nord

52°32′22″N 13°16′39″E

1929–1934 Hans Scharoun

Martin Wagner (direzzjoni)

Hans Scharoun

Walter Gropius Otto Bartning Fred Forbat Hugo Häring Paul Rudolf Henning

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-Residenza b'għamla ta' Nagħla

Ir-Residenzi tal-Moderniżmu f'Berlin ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

  1. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Berlin Modernism Housing Estates". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-26.
  2. ^ dw.com. "Berlin Modernist housing estates".