Aqbeż għall-kontentut

Ritchie De Laet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ritchie De Laet
Informazzjoni personali
Isem sħiħRichard De Laet
Twelid28 ta' Novembru 1988 (1988-11-28) (35 sena)
Antwerp, Belġju
Tul1.86 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliRoyal Antwerp
Mixtliet
1994–1998KSK Hoboken
1998–1999Mechelen
1999–2004KSK Hoboken
2004–2005KFCO Wilrijk
2005–2006Royal Antwerp
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2007Royal Antwerp
2007–2009Stoke City
2008Wrexham (self)
2009–2012Manchester United
2010Sheffield United (self)
2010Preston North End (self)
2011Portsmouth (self)
2011–2012Norwich City (self)
2012–2016Leicester City
2016Middlesbrough (self)
2016–2019Aston Villa
2018Royal Antwerp (self)
2018–2019Melbourne City (self)
2019–Royal Antwerp
Tim nazzjonali
2009Belġju

Richard "Ritchie" De Laet (twieled fit-28 ta' Novembru 1988) huwa plejer tal-futbol Belġjan li attwalment jilgħab mat-tim ta' Royal Antwerp.

De Laet ingħaqad ma' Stoke City għal somma inizzjali ta' £100,000, nhar is-17 ta' Awwissu 2007, mill-klabb Belġjan ta' Royal Antwerp, fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin.[1]

F'Ottubru tal-2008, ingħaqad għal xahar taħt self mat-tim ta' Wrexham, fejn iddebutta fir-rebħa ta' 2–0 fuq Lewes fil-Conference National. Matul iż-żmien tiegħu mal-klabb għamel total ta' tliet dehriet, imma l-perjodu ta' self kellu jintemm qabel minħabba li kellu jagħmel operazzjoni fl-ernja.[2]

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar it-8 ta' Jannar 2009, De Laet iffirma kuntratt għal tliet snin ma' Manchester United. Is-somma ta' ingaġġ imħallsa minn Manchester United tiddependi mill-prestazzjonijiet ta' De Laet mal-klabb.[3] Wara li ngħaqad ma' United, De Laet beda jilgħab mat-tim tar-riservi. F'Marzu tal-2009, De Laet ġie mniżżel fost il-ħames plejers 'il fuq minn 18-il sena, li ntgħażlu f'isem it-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Manchester United biex jipparteċipaw fit-Torneo Calcio Memorial Claudio Sassi-Sassuolo. Hu lagħab tlieta mill-ħames partiti, u skorja penalty fir-rebħa ta' 5–3 bl-għoti tal-penalties fuq Modena biex poġġa lir-Red Devils fil-finali, mirbuħa 1–0 fuq Ajax.[4]

De Laet ingħata l-ewwel sejħa mal-ewwel tim meta iddebutta fl-24 ta' Mejju 2009, fejn lagħab bħala difensur xellugi fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tal-istaġun 2008–09 kontra Hull City.[5]

Bl-opportunitajiet mal-klabb minn Manchester ikunu ftit, nhar is-17 ta' Ġunju 2011, De Laet issieħeb mat-tim promoss ta' Norwich City b'self għal sena. Magħom iddebutta fid-dro ta' 1–1 kontra Wigan Athletic. Nhar il-21 ta' Awwissu skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Norwich kontra l-eks-klabb tiegħu, Stoke City, fi dro ta' 1–1. Fit-18 ta' Jannar 2012, De Laet irritorna lura lejn United wara li l-perjodu ta' self tiegħu ġie mħassar.[6]

Leicester City

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-14 ta' Mejju 2012, De Laet iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' Leicester City.[7] Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-1 ta' Jannar 2013, fir-rebħa kbira ta' 6–1 fuq Huddersfield Town.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Ftit ġranet wara d-debutt bil-flokk ta' Manchester United, De Laet ġie msejjaħ fl-iskwadra Belġjana għat-Tazza Kirin għall-partiti kontra ċ-Ċili u l-Ġappun. Id-debutt tiegħu wasal fid-29 ta' Mejju 2009 kontra ċ-Ċili.

  1. ^ "De Laet Signs!" (bl-Ingliż). Stoke City FC. 2007-08-17. Miġbur 2007-08-17.
  2. ^ "Tsiaklis agrees Wrexham extension" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-12-02. Miġbur 2009-02-02.
  3. ^ "Man Utd sign De Laet from Stoke" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-01-08. Miġbur 2009-02-02.
  4. ^ Bartram, Steve (2009-04-01). "Reds reign in Italy" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2009-04-17.
  5. ^ Hughes, Ian (2009-05-24). "Hull 0-1 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-06-07.
  6. ^ "Norwich cancel De Laet loan" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2012-01-18. Miġbur 2012-01-18.
  7. ^ "Leicester buy Man Utd's Ritchie De Laet & Matthew James" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2012-05-16. Miġbur 2012-05-16.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]