Aqbeż għall-kontentut

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938
Coupe du Monde 1938

Kartellun uffiċjali
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti  Franza
Dati 4 ta' Ġunju – 19 ta' Ġunju
Parteċipanti 15 (minn 4 konfederazzjonijiet)
Grawnds 10 (f'10 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ  Italja
It-Tieni post  Ungerija
It-Tielet post  Brażil
Ir-Raba' post  Żvezja
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 18
Gowls skorjati 84 (4.67 kull logħba)
Attendenza 375,700 (20,872 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Brażil Leônidas (7 gowls)
1934
1950

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938 kienet it-tielet edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, kampjonat internazzjonali organizzat mill-FIFA, u din saret fi Franza bejn l-4 u d-19 ta' Ġunju 1938. L-Italja żammet it-tilu mirbuħ fl-edizzjoni preċedenti meta għelbet lill-Ungerija 4–2. It-timijiet tal-Italja tal-1934 u l-1938 saru l-uniċi timijiet li qatt rebħu t-Tazza tad-Dinja taħt l-istess kowċ, Vittorio Pozzo.

L-għażla tal-organizzatur

[immodifika | immodifika s-sors]

Franza ġiet magħżula mill-FIFA f'Berlin fit-13 ta' Awwissu 1936, u ġiet magħżula fuq l-Arġentina u l-Ġermanja fl-ewwel rawnd ta' votazzjoni. Din id-deċiżjoni ma niżlitx tajjeb fl-Amerika t'Isfel fejn kienu tal-fehma li l-organizzatur kien se jalterna bejn iż-żewġ kontinenti; minflok dan kien it-tieni kampjonat konsekuttiv li ntlagħab fl-Ewropa. Dan kien l-aħħar turnew li sar qabel ma faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija.

Kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-riżultat finali tal-pajjiżi kwalifikati

Minħabba r-rabja għad-deċiżjoni li tinżamm it-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba konsekuttiva fl-Ewropa, la l-Urugwaj u lanqas l-Arġentina ma daħlu għall-kompetizzjoni, filwaqt li Spanja saru l-ewwel pajjiż li ma tħallewx jikkompetu minħabba li kienu fi gwerra. Din kienet ukoll l-ewwel darba li l-ospiti, Franza, u d-detenturi tat-trofew, l-Italja, ikkwalifikaw awtomatikament. Il-kwalifikazzjoni awtomatika taċ-ċampjins attwali tal-kompetizzjoni baqgħet miżmuma sat-Tazza tad-Dinja tal-2006 meta din ir-regola ġiet abolita.

Mill-erbatax-il post, ħdax ġew mogħtija lil timijiet Ewropej, tnejn lill-Amerika u wieħed lill-Asja. B'riżultat t'hekk, kienu biss tliet pajjiżi barra mill-Ewropa li ħadu sehem, li jinkludu lill-Brażil, il-Kuba u l-Indji Orjentali Olandiżi. Dan kien l-inqas numru barra mill-kontinent ospitanti li qatt ikkompeta f'Tazza tad-Dinja.

L-Awstrija kkwalifikat għat-Tazza tad-Dinja, però wara l-kwalifikazzjoni l-Anschluss waħħdet 'il-Awstrija mal-Ġermanja. B'hekk l-Awstrija rtirat mit-turnew, b'xi plejers Awstrijaċi jissieħbu mal-iskwadra Ġermaniża; l-istilla Awstrijaka Matthias Sindelar irrifjuta li jilgħab f'isem it-tim unifikat.[1] Il-Latvja spiċċat wara l-Awstrija fil-fażi tal-gruppi, però ma ġietx mistiedna biex tipparteċipa, biex b'hekk post l-Awstrija baqa' vojt. B'riżultat t'hekk, l-Iżvezja, li kellha tkun l-ewwel avversarju tal-Awstrija fil-fażi finali, ikkwalifikat awtomatikament għat-tieni rawnd. Dan it-turnew ra l-parteċipazzjoni għall-ewwel u l-aħħar darba (sal-2018) tal-Kuba u l-Indji Orjentali Olandiżi (illum l-Indoneżja). Barra minn hekk kien hemm id-debutt tal-Polonja u n-Norveġja.

Is-sittax-il tim segwenti kkwalifikaw għall-fażi finali, bl-Awstrija tirtira qabel il-bidu:

Ħdax-il stadju f'għaxart ibliet ġew magħżula għal dan it-turnew. Il-logħba f'Lyon ma ntlagħbietx minħabba l-irtirar tal-Awstrija.

Pariġi Marsilja Lyon
Stade Olympique de Colombes Parc des Princes Stade Vélodrome Stade Gerland
(l-unika logħba ġiet imħassra)
Postijiet: 60,000 Postijiet: 48,712 Postijiet: 48,000 Postijiet: 40,500
Toulouse Bordeaux Strasburgu Le Havre
Stade Chapou Parc Lescure Stade de la Meinau Stade Municipal
Postijiet: 35,472 Postijiet: 34,694 Postijiet: 30,000 Postijiet: 22,000
Reims Lille Antibes
Vélodrome Municipal Stade Victor Boucquey Stade du Fort Carré
Postijiet: 21,684 Postijiet: 15,000 Postijiet: 7,000

L-avvenimenti

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-konfront bejn iċ-Ċekoslovakkja u l-Olanda f'Le Havre, mirbuħ miċ-Ċekoslovakki
Il-finali tat-Tazza tad-Dinja, biż-żewġ kaptani Giuseppe Meazza għall-Italja (lemin) u György Sárosi għall-Ungerija (xellug) f'Colombes

Għal din l-edizzjoni l-istess format tal-edizzjoni preċedenti ġie miżmum. Jekk logħba kienet tispiċċa dro wara 90 minuta, 30 minuta ta' ħin supplementari kien jintlagħab. Jekk ir-riżultat jibqa' indaqs, il-logħba kienet terġa' tintlagħab. Din kienet l-aħħar darba li format eliminatorju ġie wżat.

Ħamsa mis-seba' logħbiet mill-ewwel rawnd kellhom bżonn il-ħin barrani biex jiġi deċiż ir-rebbieħ, b'żewġ logħbiet kellhom jerġgħu jintlagħbu. Fiż-żewġ logħbiet li reġgħu ntlagħbu, il-Kuba avvanzat għall-ispejjeż tar-Rumanija, u l-Ġermanja tilfet vantaġġ ta' 2–0 meta sfat megħlubha 4–2 mill-Iżvizzera. Din it-telfa tal-Ġermaniżi, fost atmosfera ostili fil-folla f'Pariġi, skont il-kowċ Sepp Herberger kienet kawża tal-mentalità fqira murija mill-ħames plejers Awstrijaċi;[2] aktar tard, ġurnalista Ġermaniż ikkummenta fuq kif "Ġermaniżi u Awstrijaċi jippreferu jilgħabu kontra xulxin anke meta jkunu fl-istess tim". Din kienet l-unika darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja (sal-2014) li l-Ġermanja naqset li tgħaddi mal-aħħar tmienja.

L-Iżvezja kkwalifikaw awtomatikament għall-kwarti tal-finali b'riżultat tal-irtirar tal-Awstrija, u huma komplew biex għelbu lill-Kuba 8–0. L-organizzaturi, Franza, ġew megħluba mill-Italja, u l-Ungerija ttrijonfat fuq l-Iżvizzera. Iċ-Ċekoslovakkja minkejja li żammet lill-Brażil sal-ħin barrani f'Bordeaux, fir-ripetizzjoni tal-konfront tilfet kontra s-Sud-Amerikani 2–1, biċ-Ċekoslovakki jkollhom nieqsa numru ta' plejers fosthom Oldřich Nejedlý u František Plánička li sofrew għadam miksur fl-ewwel logħba. Din kellha tkun l-aħħar logħba fit-Tazza tad-Dinja li qatt reġgħet intlagħbet.

L-Ungerija ma sabux problemi biex jirbħu lill-Iżvezja 5–1 fis-semifinali, filwaqt li l-Italja u l-Brażil kellhom l-ewwel konfront importanti bejniethom fost il-ħafna li segwew matul is-snin. Għal din il-logħba l-Brażil kienet kunfidenti li se tasal sal-finali, tant li xtrat il-biljetti tal-ajru għal Pariġi u serrħet lill-aqwa plejers tagħha Leônidas u Tim. It-Taljani ħarġu rebbieħa 2–1, u l-Brażil kellha tikkunteta bit-tielet post wara r-rebħa ta' 4–2 fuq l-Iżvezja.

Għall-finali li saret fi Stade Olympique de Colombes f'Pariġi, l-Italja mmexxiha minn Vittorio Pozzo ħadet vantaġġ kmieni, però l-Ungeriżi ġabu d-dro żewġ minuti wara. It-Taljani reġgħu ħadu l-vantaġġ ftit wara u daħlu jistrieħu 3–1 fil-vantaġġ. Dan kien wisq għall-Ungeriżi li qatt ma dehru li kienu se jidħlu fil-logħba, u l-partita ntemmet 4–2. L-Italja b'hekk irnexxielha tiddefendi b'suċċess it-titlu u għal darb'oħra ġew inkurunati ċampjins tad-dinja. Mal-wasla tagħhom lura l-Italja, il-President Benito Mussolini ta lill-plejers premju ta' 8,000 Lira, kif stqarr snin wara Pietro Rava.[3] Minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija, it-Tazza tad-Dinja kellha tieqaf għal tnax-il sena, u rritornat fl-1950.

L-ewwel rawnd Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
5 ta' Ġunju – Marsilja            
  Italja (ħ.s.)  2
12 ta' Ġunju – Pariġi (Olympique)
  Norveġja  1  
  Italja  3
5 ta' Ġunju – Pariġi (Olympique)
    Franza  1  
  Franza  3
16 ta' Ġunju – Marsilja
  Belġju  1  
  Italja  2
5 ta' Ġunju – Strażburgu
    Brażil  1  
  Brażil (ħ.s.)  6
12 and 14 ta' Ġunju – Bordeaux
  Polonja  5  
  Brażil  1 (2)
5 ta' Ġunju – Le Havre
    Ċekoslovakkja  1 (1)  
  Ċekoslovakkja (ħ.s.)  3
19 ta' Ġunju – Pariġi (Olympique)
  Netherlands  0  
  Italja  4
5 ta' Ġunju – Reims
    Ungerija  2
  Ungerija  6
12 ta' Ġunju – Lille
  Indji Orjentali Olandiżi  0  
  Ungerija  2
4 u 9 ta' Ġunju – Pariġi (Princes)
    Żvizzera  0  
  Żvizzera  1 (4)
16 ta' Ġunju – Pariġi (Princes)
  Ġermanja  1 (2)  
  Ungerija  5
5 ta' Ġunju – Lyon
    Żvezja  1   Logħba għat-tielet post
  Żvezja  –
12 ta' Ġunju – Antibes 19 ta' Ġunju – Bordeaux
  Awstrija[a]  –  
  Żvezja  8   Brażil  4
5 u 9 ta' Ġunju – Toulouse
    Kuba  0     Żvezja  2
  Kuba  3 (2)
  Rumanija  3 (1)  

L-ewwel rawnd

[immodifika | immodifika s-sors]
4 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Żvizzera  1–1 (ħ.s.)  Ġermanja Parc des Princes, Pariġi
Attendenza: 27,152
Referi: Belġju John Langenus
Abegglen Gowl 43' Rapport Gauchel Gowl 29'

5 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Ungerija  6–0  Indji Orjentali Olandiżi Vélodrome Municipal, Reims
Attendenza: 9,000
Referi: Franza Roger Conrié
Kohut Gowl 14'
Toldi Gowl 16'
Sárosi Gowl 25'88'
Zsengellér Gowl 30'67'
Rapport

5 ta' Ġunju 1938
Żvezja  Irtirata[a]  Awstrija Stade Gerland, Lyon

5 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Kuba  3–3 (ħ.s.)  Rumanija Stade Chapou, Toulouse
Attendenza: 7,000
Referi: Italja Giuseppe Scarpi
Socorro Gowl 44'103'
Magriñá Gowl 69'
Rapport Bindea Gowl 35'
Barátky Gowl 88'
Dobay Gowl 105'

5 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Franza  3–1  Belġju Stade Olympique de Colombes, Pariġi
Attendenza: 30,454
Referi: Żvizzera Hans Wüthrich
Veinante Gowl 1'
Nicolas Gowl 16'69'
Rapport Isemborghs Gowl 38'

5 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Italja  2–1 (ħ.s.)  Norveġja Stade Vélodrome, Marsilja
Attendenza: 19,000
Referi: Ġermanja Alois Beranek
Ferraris Gowl 2'
Piola Gowl 94'
Rapport Brustad Gowl 83'

5 ta' Ġunju 1938
17:30 (UTC+1)
Brażil  6–5 (ħ.s.)  Polonja Stade de la Meinau, Strażburgu
Attendenza: 13,452
Referi: Żvezja Ivan Eklind
Leônidas Gowl 18'93'104'
Romeu Gowl 25'
Perácio Gowl 44'71'
Rapport Scherfke Gowl 23' (pen.)
Wilimowski Gowl 53'59'89'118'

5 ta' Ġunju 1938
18:30 (UTC+1)
Ċekoslovakkja  3–0 (ħ.s.)  Netherlands Stade municipal, Le Havre
Attendenza: 11,000
Referi: Franza Lucien Leclerq
Košťálek Gowl 93'
Zeman Gowl 111'
Nejedlý Gowl 118'
Rapport
Ripetizzjoni
9 ta' Ġunju 1938
18:00 (UTC+1)
Ġermanja  2–4  Żvizzera Parc des Princes, Pariġi
Attendenza: 20,025
Referi: Żvezja Ivan Eklind
Hahnemann Gowl 8'
Lörtscher Gowl 22' (awt.)
Rapport Walaschek Gowl 42'
Bickel Gowl 64'
Abegglen Gowl 75'78'

9 ta' Ġunju 1938
18:00 (UTC+1)
Kuba  2–1  Rumanija Stade Chapou, Toulouse
Attendenza: 8,000
Referi: Ġermanja Alfred Birlem
Socorro Gowl 51'
Fernández Gowl 57'
Rapport Dobay Gowl 35'

Kwarti tal-finali

[immodifika | immodifika s-sors]
12 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Żvizzera  0–2  Ungerija Stade Victor Boucquey, Lille
Attendenza: 15,000
Referi: Italja Rinaldo Barlassina
Rapport Sárosi Gowl 40'
Zsengellér Gowl 89'

12 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Żvezja  8–0  Kuba Stade du Fort Carré, Antibes
Attendenza: 7,000
Referi: Ċekoslovakkja Augustin Krist
H. Andersson Gowl 9'81'89'
Wetterström Gowl 22'37'44'
Keller Gowl 80'
Nyberg Gowl 84'
Rapport

12 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Franza  1–3  Italja Stade Olympique de Colombes, Pariġi
Attendenza: 58,455
Referi: Belġju Louis Baert
Heisserer Gowl 10' Rapport Colaussi Gowl 9'
Piola Gowl 51'72'

12 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Brażil  1–1 (ħ.s.)  Ċekoslovakkja Parc Lescure, Bordeaux
Attendenza: 22,021
Referi: Ungerija Pál von Hertzka
Leônidas Gowl 30' Rapport Nejedlý Gowl 65' (pen.)
Ripetizzjoni
14 ta' Ġunju 1938
18:00 (UTC+1)
Brażil  2–1  Ċekoslovakkja Parc Lescure, Bordeaux
Attendenza: 18,141
Referi: Franza Georges Capdeville
Leônidas Gowl 57'
Roberto Gowl 62'
Rapport Kopecký Gowl 25'
16 ta' Ġunju 1938
18:00 (UTC+1)
Ungerija  5–1  Żvezja Parc des Princes, Pariġi
Attendenza: 20,000
Referi: Franza Lucien Leclerq
Jacobsson Gowl 19' (awt.)
Titkos Gowl 37'
Zsengellér Gowl 39'85'
Sárosi Gowl 65'
Rapport Nyberg Gowl 1'

16 ta' Ġunju 1938
18:00 (UTC+1)
Italja  2–1  Brażil Stade Vélodrome, Marsilja
Attendenza: 33,000
Referi: Żvizzera Hans Wüthrich
Colaussi Gowl 51'
Meazza Gowl 60' (pen.)
Rapport Romeu Gowl 87'

Finali għat-tielet post

[immodifika | immodifika s-sors]
19 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Żvezja  2–4  Brażil Parc Lescure, Bordeaux
Attendenza: 12,000
Referi: Belġju John Langenus
Jonasson Gowl 28'
Nyberg Gowl 38'
Rapport Romeu Gowl 44'
Leônidas Gowl 63'74'
Perácio Gowl 80'
19 ta' Ġunju 1938
17:00 (UTC+1)
Ungerija  2–4  Italja Stade Olympique de Colombes, Pariġi
Attendenza: 45,000
Referi: Franza Georges Capdeville
Titkos Gowl 8'
Sárosi Gowl 70'
Rapport Colaussi Gowl 6'35'
Piola Gowl 16'82'

L-aqwa skorers

[immodifika | immodifika s-sors]
7 gowls
5 gowls
4 gowls
3 gowls

2 gowls
gowl

awtogowls
  1. ^ a b Il-logħba ma ntlagħbietx minħabba l-irtirar tal-Awstrija kawża tal-Anschluss. L-Iżvezja avvanzat awtomatikament għar-rawnd suċċessiv.
  1. ^ Ashdown, John (2014-04-22). "World Cup: 25 stunning moments … No11: Austria's Wunderteam" (bl-Ingliż). The Guardian.
  2. ^ Hesse-Lichtenberger, Ulrich (2003). Tor!: The Story of German Football (bl-Ingliż). Londra: WSC Books. p. 85. ISBN 095401345X.
  3. ^ "Addio Rava, Mondiale nel 1938" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2006-11-11.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]