UEFA Champions League 2009–10Dettalji tal-kompetizzjoni |
---|
Dati |
30 ta' Ġunju 2009 – 22 ta' Mejju 2010 |
---|
Parteċipanti |
32 (fażi tal-gruppi) 76 (fażi ta' kwalifika) |
---|
Pożizzjonijiet finali |
---|
Rebbieħ |
Internazionale |
---|
It-Tieni post |
Bayern Munich |
---|
Statistika tal-kompetizzjoni |
---|
Partiti |
125 |
---|
Gowls skorjati |
318 (2.54 kull logħba) |
---|
Attendenza |
5,193,947 (41,552 kull logħba) |
---|
L-aqwa skorer(s) |
Lionel Messi (8 gowls) |
---|
L-aqwa plejer |
Diego Milito |
---|
|
Il-UEFA Champions League 2009–10 kienet il-55 edizzjoni tal-ogħla kompetizzjoni għall-klabbs tal-futbol fl-Ewropa u t-tmintax-il edizzjoni taħt il-format il-ġdid tal-UEFA Champions League. Din kienet ukoll l-ewwel edizzjoni taħt il-format il-ġdid ta' kwalifika. Barcelona daħlu f'din il-kompetizzjoni bħala t-tim difensur tat-titlu, wara li ttrijonfa fl-edizzjoni preċedenti. Il-finali ntlagħbet nhar it-22 ta' Mejju 2010, ġewwa l-iStadju Santiago Bernabéu , grawnd uffiċjali ta' Real Madrid, ġewwa Madrid, fi Spanja. Il-finali ġiet kontestata bejn Internazionale u Bayern Munich, b'tal-ewwel jikseb it-tielet titlu fl-istorja tal-klabb.
F'din l-edizzjoni ħadu sehem 76 tim li ġejjin minn 52 minn fost it-53 federazzjoni affiljata mal-UEFA (il-Liechtenstein huwa eskluż minħabba li ma torganizza l-ebda kampjonat nazzjonali). Il-pajjiżi ġew mogħtija numru ta' postijiet skont il-koeffiċjenti tal-UEFA tal-2008, li tikkunsidra l-prestazzjonijiet tat-timijiet ta' dak il-pajjiż fil-perjodu bejn l-2003–04 u l-2007–08.[1]
Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League 2009–10:
Pożizzjoni tal-federazzjoni abbażi tal-koeffiċjent tal-UEFA 2008
|
Numru ta' timijiet parteċipanti
|
1–3
|
4
|
4–6
|
3
|
7–15
|
2
|
16–52
|
1
|
Minħabba li r-rebbieħa tal-UEFA Champions League 2008–09, Barcelona, kisbu post fil-fażi tal-gruppi permezz tal-pożizzjoni tagħhom fil-kampjonat domestiku, il-post riservat għad-difensur tat-titlu kien vakat. B'riżultat t'hekk:
- Iċ-ċampjin tal-assoċjazzjoni 13 (il-Belġju) ġie promoss mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi.
- Iċ-ċampjin tal-assoċjazzjoni 16 (l-Iżvizzera) ġie promoss mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni għat-tielet fażi ta' kwalifikazzjoni.
- Iċ-ċampjins tal-assoċjazzjonijiet 48 u 49 (il-Gżejjer Faroe u l-Lussemburgu) ġew promossi mill-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni għat-tieni fażi ta' kwalifikazzjoni.
|
Timijiet li daħlu f'dan ir-rawnd
|
Timijiet li avvanzaw mir-rawnd preċedenti
|
L-ewwel rawnd ta' kwalifika (4 timijiet)
|
- 4 ċampjins mill-assoċjazzjonijiet 50–53
|
|
It-tieni rawnd ta' kwalifika (34 tim)
|
- 32 ċampjin mill-assoċjazzjonijiet 17–49 (minbarra l-Liechtenstein)
|
- 2 rebbieħa mill-ewwel rawnd ta' kwalifika
|
It-tielet rawnd ta' kwalifika
|
Ċampjins (20 tim)
|
- 3 ċampjins mill-assoċjazzjonijiet 14–16
|
- 17-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifika
|
Mhux ċampjins (10 timijiet)
|
- 9 klassifikati fit-tieni post mill-assoċjazzjonijiet 7–15
- 1 klassifikat fit-tielet post mill-assoċjazzjoni 6
|
|
Rawnd tal-play-off
|
Champions (10 teams)
|
|
- 10 rebbieħa mit-tieni rawnd ta' kwalifika għaċ-ċampjins
|
Mhux ċampjins (10 timijiet)
|
- 2 klassifikati fit-tielet post mill-assoċjazzjonijiet 4 u 5
- 3 klassifikati fir-raba' post mill-assoċjazzjonijiet 1–3
|
- 5 rebbieħa mit-tielet rawnd ta' kwalifika għal dak li mhumiex ċampjins
|
Fażi tal-gruppi (32 tim)
|
- 13-il ċampjin mill-assoċjazzjonijiet 1–13
- 6 klassifikati fit-tieni post mill-assoċjazzjonijiet 1–6
- 3 klassifikati fit-tielet post mill-assoċjazzjonijiet 1–3
|
- 5 rebbieħa mir-rawnd tal-play-off għaċ-ċampjins
- 5 rebbieħa mir-rawnd tal-play-off għal dak li mhumiex ċampjins
|
Fażi eliminatorja (16-il tim)
|
|
- 8 rebbieħa tal-gruppi fil-fażi tal-gruppi
- 8 klassifikati fit-tieni post fil-fażi tal-gruppi
|
D Detentur attwali tat-titlu
It-tlugħ tal-poloz kollha saru fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera, sakemm mhuwiex indikat mod ieħor.
Fażi
|
Rawnd
|
Data tat-tlugħ tal-poloz
|
L-ewwel leg
|
It-tieni leg
|
Kwalifikazzjoni
|
L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
|
22 ta' Ġunju 2009
|
30 ta' Ġunju–1 ta' Lulju 2009
|
7–8 ta' Lulju 2009
|
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
|
14–15 ta' Lulju 2009
|
21–22 ta' Lulju 2009
|
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
|
17 ta' Lulju 2009
|
28–29 ta' Lulju 2009
|
4–5 ta' Awwissu 2009
|
Play-off
|
Rawnd tal-play-off
|
7 ta' Awwissu 2009
|
18–19 ta' Awwissu 2009
|
25–26 ta' Awwissu 2009
|
Fażi tal-gruppi
|
Ġurnata 1
|
27 ta' Awwissu 2009 (Monako)
|
15–16 ta' Settembru 2009
|
Ġurnata 2
|
29–30 ta' Settembru 2009
|
Ġurnata 3
|
20–21 ta' Ottubru 2009
|
Ġurnata 4
|
3–4 ta' Novembru 2009
|
Ġurnata 5
|
24–25 ta' Novembru 2009
|
Ġurnata 6
|
8–9 ta' Diċembru 2009
|
Fażi eliminatorja
|
L-Aħħar sittax
|
18 ta' Diċembru 2009
|
16–17 u 23–24 ta' Frar 2010
|
9–10 u 16–17 ta' Marzu 2010
|
Kwarti tal-finali
|
19 ta' Marzu 2010
|
30–31 ta' Marzu 2010
|
6–7 ta' Marzu 2010
|
Semifinali
|
20–21 ta' April 2010
|
27–28 ta' April 2010
|
Finali
|
22 ta' Mejju 2010 f'Estadio Santiago Bernabéu, Madrid
|
L-ewwel legs intlagħbu fit-30 ta' Ġunju u fl-1 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fis-7 ta' Lulju u fit-8 ta' Lulju 2009.
† L-ordni tal-legs inqalbu mill-polza oriġinali
L-ewwel legs intlagħbu fl-14 ta' Lulju u fil-15 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fil-21 ta' Lulju u fit-22 ta' Lulju 2009.
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni kienet maqsuma f'żewġ sezzjonijiet separati: waħda għaċ-ċampjins u waħda għal dawk li mhumiex ċampjins. L-ewwel legs intlagħbu fit-28 ta' Lulju u fid-29 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fl-4 ta' Awwissu u fil-5 ta' Awwissu 2009.
L-ewwel legs intlagħbu fit-18 u d-19 ta' Awwissu, u t-tieni legs intlagħbu fil-25 u s-26 ta' Awwissu 2009. It-tim tellief fiż-żewġ sezzjonijiet daħal fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2009–10.
Fil-fażi eliminatorja, it-timijiet jilgħabu żewġ partiti kontra xulxin abbażi ta' partita ġewwa u oħra barra minn darhom, minbarra l-finali li tkun partita waħda,
It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax sar fit-18 ta' Diċembru 2009. It-tmien rebbieħa tal-grupp rispettiv tagħhom, li jilgħabu t-tieni logħba tagħhom ġewwa darhom, ittellgħu kontra t-tmien timijiet li spiċċaw it-tieni fil-grupp tagħhom. Għal dan ir-rawnd japplikaw ċerti restrizzjonijiet fejn timijiet mill-istess grupp jew mill-istess assoċjazzjonijiet ma jistgħux jilgħabu ma' xulxin.
It-tlugħ tal-poloz għall-kwarti tal-final, is-semifinali u l-finali saru fid-19 ta' Marzu 2010. F'dawn l-aħħar fażijiet m'hemm l-ebda restrizzjonijiet fjen tim jista' jerġa' jilgħab ma' tim ieħor li lagħab miegħu fil-fażi tal-gruppi jew minn pajjiżu stess.
B'differenza mill-istaġun preċedenti, il-partiti minn dan il-rawnd intlagħbu f'temp ta' erba' ġimgħat minflok f'ġimgħatejn. L-ewwel legs saru fis-16, 17, 23 u 24 ta' Frar, u t-tieni legs saru fid-9, 10, 16 u 17 ta' Marzu 2010.
L-ewwel legs saru fit-30 u 31 ta' Marzu, u t-tieni legs saru fis-6 u 7 ta' April 2010.
L-ewwel legs saru fl-20 u 21 ta' April, u t-tieni legs saru fis-27 u 28 ta' April 2010.
Din kienet ir-raba' darba li l-grawnd Santiago Bernabéu ta' Real Madrid żamm finali tal-UEFA Champions League, wara l-1957, l-1969 u l-1980. Il-finali kienet ukoll l-ewwel waħda li ntlagħbet is-Sibt filgħaxija. Iż-żewġ timijiet li kkontenstaw il-finali, it-tnejn kienu qed jiġġieldu għat-Tripletta, wara li rebħu l-kampjonat domestiku u t-tazza nazzjonali. Din kienet ukoll it-tieni Tripletta konsekuttiva, wara li Barcelona laħqu dan it-tragward fl-istaġun ta' qabel.