Għarb
Għarb | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Ismijiet oriġinali | Għarb | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36°03′40″N 14°12′33″E / 36.0611°N 14.2092°EKoordinati: 36°03′40″N 14°12′33″E / 36.0611°N 14.2092°E | ||
Superfiċjenti | 4.6 kilometru kwadru | ||
Għoli | 106 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 1,539 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 1679 | ||
bliet ġemellati | Torrentu Enna | ||
gharbnet.com |
L-Għarb huwa unità amministrattiva ta' Malta, li tinsab fl-iktar ponta fil-Punent tal-gżira ta' Għawdex, b'popolazzjoni ta' madwar 1,539 ruħ (skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014).[1]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-Għarb beda bħala villaġġ żgħir li żvilupp għall-ħabta tal-Medju Evu. Il-kelma Għarb bl-Għarbi tfisser il-"Punent". L-għeruq antiki tal-Għarb joħorġu fid-dieher fiċ-ċentru tar-raħal fejn hemm xi djar li għandhom eżempji mill-ifjen ta' gallariji maħduma mill-ġebel. L-Għarb inħoloq bħala parroċċa fl-1679, mossa li xprunat il-kostruzzjoni ta' knisja parrokkjali Barokka ġdida li nbniet bejn l-1699 u l-1729. Il-knisja għandha faċċata eleganti li tqabblet mal-Knisja ta' Sant'Agnese ta' Francesco Borromini fil-Pjazza Navona, Ruma, l-Italja. Fil-pjazza tradizzjonali tar-raħal Għawdxi hemm il-Mużew tal-Folklor li jospita bosta oġġetti li jirrakkontaw l-istorja rurali ta' Għawdex. L-Għarb jinsab qalb l-iżjed pajsaġġ xeniku tal-kampanja ta' Għawdex, b'mod partikolari fl-inħawi tad-Dbieġi, l-ogħla għolja tal-gżira. Fid-Dbieġi wkoll hemm ċentru għall-artiġjant Għawdxi. Fil-limiti tal-Għarb hemm il-Kappella ta' San Dimitri. Skont il-leġġenda, l-ewwel kappella nbniet fuq l-irdum minn mara li kienet temmen li binha nħeles minn San Dimitri. Pjuttost fil-qrib ukoll hemm il-Bażilika ta' Pinu, l-iżjed santwarju importanti tal-Gżejjer Maltin iddedikat lill-Madonna. Kien hemmhekk li fl-1883, mara tal-post semgħet leħen il-Madonna. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata liż-żjara ta' Santa Marija lill-kuġina tagħha Santa Eliżabetta. Fost l-iżjed nies notevoli mill-Għarb insibu lil Karmni Grima u lil Frenċ tal-Għarb.[2]
Inħawi fl-Għarb
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Birbuba
- Il-Ħodba
- Il-Wileġ
- San Katald
- Ta' Lamuta
- Ta' Pinu
- Ta' Santu Pietru
- Il-Fgura
- Taż-Żejt
- Il-Wilġa
- Wied tal-Knisja
- Wied il-Mielaħ
- Ta' Ħries
- Fuq il-Blata
- Tat-Trux
- Il-Misraħ
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]L-Għarb huwa ġemellat ma':
- Castrolibero, l-Italja
- Massafra, l-Italja
- Pace del Mela, l-Italja
- Enna, l-Italja
- Tortona, l-Italja
- Torrent, Spanja
- Cépet, Franza
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Ċensiment tal-Popolazzjoni". web.archive.org. 2015-06-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-21. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Home". gharbnet.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-21.