Kalifat Almohad
Kalifat Almohad ٱلْمُوَحِّدُونَ (Għarbi) al-Muwaħħidūn |
|||
---|---|---|---|
Kronoloġija tat-tfettiħ mill-Kalifat Almohad.
|
|||
Belt kapitali | Marrakexx | ||
Lingwi uffiċjali | Għarbi | ||
Lingwi reġjonali rikonoxxuti | Lingwi Berberi, Możarabiku | ||
Reliġjon | Iżlam (Almoħadiżmu) |
Il-Kalifat Almohad jew il-Mwaħħdin (bl-Għarbi: خِلَافَةُ ٱلْمُوَحِّدِينَ jew دَوْلَةُ ٱلْمُوَحِّدِينَ jew ٱلدَّوْلَةُ ٱلْمُوَحِّدِيَّةُ mill-Għarbi ٱلْمُوَحِّدُونَ b'ittri Rumani: Kħilafat ul-Muwaħħidīn, jew ad-Dawlat ul-Muwaħħidīn mill Għarbi al-Muwaħħidūn, litt. "dawk li jistqarru t-twemmin ta' Alla wieħed"[1][2]) kien imperu Mislem Berberu tat-Tramuntana tal-Afrika mwaqqaf fis-seklu 12. Fl-eqqel tiegħu, kien jikkontrolla ħafna mill-Peniżola Iberika Iżlamika (Al-Andalus) u t-Tramuntana tal-Afrika (il-Magreb).[3][4][5] Il-moviment Almohadi twaqqaf minn Ibn Tumart fost it-tribujiet Masmuda Berberi, iżda l-Kalifat tal-Almohadi u d-dinastija fit-tmun twaqqfu wara mewtu minn Abd al-Mu'min al-Gumi.[6][7][8][9] Madwar l-1120, Ibn Tumart l-ewwel stabbilixxa stat Berberu f'Tinmel fil-Muntanji Atlas.[3] Taħt Abd al-Mu'min (li rrenja mill-1130 sal-1163), il-moviment irnexxielu jwaqqa' d-dinastija Almoravid li kienet tiggverna l-Marokk fl-1147, meta rebaħ Marrakexx u ddikjara lilu nnifsu kaliff. Imbagħad estenda s-setgħa tiegħu fuq il-Magreb kollu sal-1159. Al-Andalus malajr segwa u safa taħt il-ħakma tal-Almohadi sal-1172.[10]
Il-punt ta' bidla tal-preżenza tal-kalifat fil-Peniżola Iberika waslet fl-1212, meta il-Kaliff Muħammad III "in-Nasir" (1199-1214) ġie megħlub fil-Battalja ta' Las Navas de Tolosa fis-Sierra Morena minn alleanza tal-forzi Kristjani mir-renji ta' Kastilja, ta' Aragona u ta' Navarra. Ħafna mit-territorji li kien fadal ta' Al-Andalus intilfu fid-deċennji ta' wara, u l-bliet ta' Córdoba u ta' Sivilja waqgħu f'idejn l-Insara fl-1236 u fl-1248 rispettivament.
L-Almohadi komplew jaħkmu fl-Afrika sakemm it-telf frammentali tat-territorju permezz tar-rewwixta tat-tribujiet u d-distretti ppermettiet l-istabbiliment tal-għedewwa l-aktar effettivi tagħhom, il-Marinidi, mit-Tramuntana tal-Marokk fl-1215. L-aħħar rappreżentant tad-dinastija, Idris "il-Watiq", ġie ridott għall-pussess ta' Marrakexx, fejn kien maqtul minn skjav fl-1269; il-Marinidi ħatfu lil Marrakexx, u temmew id-dominazzjoni tal-Almohadi fil-Punent tal-Magreb.
Lista tal-kalifi Almohadi (1121-1269)
[immodifika | immodifika s-sors]L-ismijiethom fil-forom l-Għarbi b'ittri Latini:
- Iben Tumart "il-Mahdi" (l-Iggwidat), 1121-1130
- Għabd il-Mu'min, 1130-1163
- Abu Yagħqub Yusuf I, 1163–1184
- Abu Yusuf Yagħqub "il-Mansur" (il-Minsor), 1184–1199
- Muħammad "in-Nasir" (ir-Rebbieħ), 1199–1213
- Abu Yagħqub Jusuf II "il-Mustansir" (ir-Megħjun), 1213–1224
- Abu Muħammad 'Għabd il-Wieħed I "il-Maħlugħ" (l-Imbattal), 1224
- Għabdalla "l-Għadil" (il-Ġust), 1224-1227
- Jaħja "il-Mustagħsim", 1227-1229
- Abu l-Għala Idris I "il-Ma'mun" (il-Mwemmen), 1229-1232
- Abu Muħammad Għabd il-Wieħed II "ir-Raxid", 1232-1242
- Abu l-Ħasan Għali "is-Sagħid" (il-Ferħ), 1242-1248
- Abu Ħafs Għumar "il-Murtada", 1248-1266
- Abu l-Għula (Abu Dabbus) Idris II "il-Watiq" (il-Kunfidenti), 1266-1269
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Almohad definition and meaning | Collins English Dictionary". www.collinsdictionary.com. Miġbur 2021-01-09.
- ^ Bennison, Amira K. (2016). Almoravid and Almohad Empires. Edinburgh University Press. pp. 299–300, 306. ISBN 978-0-7486-4682-1.
- ^ a b https://www.britannica.com/topic/Almohads. Parametru mhux magħruf
|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|access-date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|website=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|language=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid<ref>
tag; name ":6" defined multiple times with different content - ^ Bowering, Gerhard. (bl-Ingliż). Princeton University Press. ISBN 978-0-691-13484-0 https://books.google.com/books?id=q1I0pcrFFSUC&pg=PA34. Parametru mhux magħruf
|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|page=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|year=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ https://www.oxfordbibliographies.com/view/document/obo-9780195390155/obo-9780195390155-0217.xml. Parametru mhux magħruf
|title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|access-date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|website=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ Abun-Nasr, Jamil M. (1987). A History of the Maghrib in the Islamic Period (bl-Ingliż). Cambridge University Press. pp. 87, 94, and others. ISBN 978-0-521-33767-0.
- ^ Hopkins, J.F.P. (1986) [1971]. "Ibn Tūmart". Encyclopaedia of Islam, Second Edition. 3. Brill. pp. 958–960. ISBN 978-90-04-16121-4.
- ^ Lévi-Provençal, Évariste (1986) [1960]. "'Abd al- Mu'min". Encyclopaedia of Islam, Second Edition. 1. Brill. pp. 78–80. ISBN 978-90-04-16121-4.
- ^ Adamson, Peter (2005). The Cambridge Companion to Arabic Philosophy (bl-Ingliż). Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-52069-0.
- ^ Buresi, Pascal; El Aallaoui, Hicham (2012). Governing the Empire: Provincial Administration in the Almohad Caliphate (1224–1269). Studies in the History and Society of the Maghrib. 3. Leiden: Brill. ISBN 978-90-04-23333-1.