Regola tal-gowls barra mid-dar
Ir-regola tal-gowls barra mid-dar hi sistema wżata fil-futbol u fi sports oħra li tista' tiġi wżata meta timijiet jaffaċċjaw lil xulxin darbtejn, darba fil-grawnd ta' tim minnhom. B'dan il-metodu, it-tim li skorja l-aktar gowls "barra mid-dar" jirbaħ jekk fl-aħħar jispiċċaw pari. Din hi xi drabi espressa billi jgħidu li gowls barra mid-darba "jiswew doppju" f'każ ta' pari.[1]
Il-gowls barra mi-dar hi ħafna drabi implimentata f'logħbiet li jkollhom żewġ legs, fejn ir-riżultat inizzjali hu determinat mill-iskor aggregat - jiġifieri, l-iskor taż-żewġ partiti huma mgħoddija flimkien. F'ħafna kompetizzjonijiet, ir-regola tal-gowls barra mid-dar hi l-ewwel għażla għal każijiet bħal dawn, bl-ogħti tal-penalties bħala t-tieni għażla jekk kull tim skorja l-istess numru ta' gowls barra mid-dar. Ir-regoli jvarjaw jekk ir-regola tal-gowls barra mid-dar tapplikax fl-aħħar tal-ħin normali tat-tieni leg, jew wara l-ħin supplementari jew (aktar komunament) wara t-tnejn li huma.
Din ir-regola tal-gowls tinkoraġġixxi t-tim li jkun qed jilgħab barra minn daru biex ikun aktar aggressiv. Fil-futbol tal-anqas, dan iwassal fl-ewwel leg li tkun waħda nervuża; bit-tim li jkun qed jilgħab f'daru jimpjega lil numru ta' plejers fuq l-attakk fil-każ li jlaqqtu gowl, waqt li t-tim ta' barra minn daru jipprova jiddefendi u jikseb gowl barra minn daru li jgħinu fil-partita tat-tieni leg. Dawn it-tattiċi jagħmlu t-tieni leg aktar eċitanti, wara li jkunu għadhom kemm assistew għall-ewwel leg bi ftit gowls u b'hekk iħallu liż-żewġ timijiet biċ-ċans li jirbħu. Hemm xi dibattitu fuq jekk il-gowls barra mi-dar jagħmlu żvantaġġ mhux xieraq li tilgħab l-ewwel barra minn darek, imbagħad f'darek - bit-tim l-ieħor jitlef il-vantaġġ li jkun f'daru fl-ewwel leg minħabba biża' li jlaqqtu xi gowl - u dan jista' jkun il-fattur li ma tantx tkun użata għal xi kompetizzjonijiet. Xi opinjonisti jisħqu li diversi timijiet iħossu li gowl barra mid-dar ipoġġi lit-tim f'punt tajjeb.[2]
Applikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-regola tal-gowls barra mid-dar hi applikat f'ħafna kompetizzjonijiet li jużaw l-isfida doppja ġewwa d-dar u barra. Fost il-kompetizzjonijiet jinkludu l-fażi ta' eliminazzjoni diretta tal-UEFA Champions League u tat-Tazza UEFA, u anki partiti ta' sfida doppja fil-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej u tat-Tazza tad-Dinja.
Mhux il-kompetizzjonijiet kollha jużaw din ir-regola. Per eżempju, qabel l-2005 il-CONMEBOL ma kinitx tuża din ir-regola u lanqas il-ħinijiet supplementari f'ebda kompetizzjoni tagħha (fuq kollox il-Copa Libertadores). Iż-żewġ partiti bejn l-istess timijiet li kienu jispiċċaw pari kienu mal-ewwel imorru għall-għoti tal-penalties. Ir-regola tal-gowls barra mid-dar (mingħajr ħinijiet supplementari) kienet introdotta fl-edizzjoni tal-2005 ta' Copa Libertadores. Fl-Amerika Latina, eżempju ta' kampjonat li dejjem għamel użu ta' din ir-regola hu l-Copa do Brasil (Tazza Brażiljana).
Fil-futbol Ingliż, l-isfidi doppji tal-League Cup huma suġġetti għar-regola barra mid-dar wara l-ħin miżjud. Jekk fid-90 minuta tat-tieni partita r-riżultat kien f'pareġġ imorru fil-ħinijiet supplementari, mingħajr ma jingħaddu l-gowls barra mid-dar. Wara, dawn jittieħdu taħt konsiderazzjoni.
Fil-Football Leauge il-partiti fis-semi-finali, minkejja li għandhom l-isfida doppja barra u ġewwa d-dar, ir-regola mhijiex implimentata.
Anomaliji
[immodifika | immodifika s-sors]Jekk iż-żewġ klabbs jaqsmu l-istess stadju, il-partiti fid-dar u barra mid-dar ma tantx għandhom differenza imma r-regola xorta tkun applikata. Eżempju, fis-semi-finali tal-UEFA Champions League 2003 iltaqgħu Inter Milan u AC Milan. Iż-żewġ timijiet jilgħabu l-logħob tagħhom fl-istess grawnd, dak ta' San Siro, imma tim wieħed kellu jkun iddikjarat bħala tim li qed jilgħab f'daru u l-ieħor bħala l-viżitatur fiż-żewġ partiti.
- L-ewwel leg: AC Milan 0–0 Inter Milan
- It-tieni leg: Inter Milan 1–1 AC Milan
Bi skor aggregat ta' 1-1, u biż-żewġ timijiet jilgħabu fl-istess grawnd, AC Milan kienu ddikjarati rebbieħa minħabba li huma kienu t-tim "viżitatur" fit-tieni logħba.
F'każijiet bħal dawn, ħafna biljetti għal kull leg jkunu riservati għall-benjamini tat-tim tad-"dar".
Kien hemm tal-anqas każ wieħed ta' applikazzjoni ħażina tar-regola tal-gowls barra mid-dar mir-referì f'kampjonati internazzjonali għall-klabbs. Dan ġara fit-tieni logħba tat-Tazza tat-Tazez 1971-72 bejn Rangers u Sporting Lisbon. Il-logħob kellhom dawn ir-riżultati:
- L-ewwel leg: Rangers 3–2 Sporting
- It-tieni leg, wara d-90 minuta: Sporting 3–2 Rangers
- It-tieni leg, wara l-ħin miżjud: Sporting 4–3 Rangers
Ir-riżultat komplessiv kien dak ta' 6-6, imma b'vantaġġ għal Rangers li skurjat 3 gowls barra minn darhom (kontra iż-żewġ gowls skurjati mill-Portugiżi). Ir-referì, però, ordna l-għoti tal-penalties li fihom Sporting Lisbon rebħu 3-0. Madanakollu, Rangers appellaw li r-referì mhux suppost li ordna l-penalties, minħabba li Rangers kienu skurjaw aktar gowls barra minn darhom milli Sporting Lisbon skurjaw. Rangers rebħu dan l-appell u komplew fil-kompetizzjoni bir-rebħ tagħha.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Eżempju "Regulations 2006 FIFA World Cup" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. 2003-05-01. p. 6. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2005-11-06. Miġbur 2006-11-19. "If both teams score the same number of goals in both matches, the goals scored away will be counted as double." (tradz. "Jekk iż-żewġ timijiet jiskurjaw l-istess numru ta' gowls fiż-żewġ partiti, il-gowls skurjati barra mid-darb jiswew id-doppju.")
- ^ Per eżempju, wara pari barra minn darhom ta' 1-1: "Reds away goal delights Benitez" (bl-Ingliż). BBC. 2008-04-02. Miġbur 2008-04-18. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|1=
(għajnuna)